Barranin
Jibdew isiru l-funerali tal-vittmi li nqatlu fi New Zealand

Fi New Zealand bdew isiru l-ewwel funerali ta’ vittmi li nqatlu fil-massakru li seħħ fil-Moskea l-ġimgħa li għaddiet meta nqatlu ħamsin ruħ.

L-ewwel funeral kien ta’ iben u missier mis-Sirja li kienu ilhom jgħixu bħala refuġjati fi New Zealand mis-sena li għaddiet. Mijiet ta’ nies marru jagħtu l-aħħar tislima lil dawn il-vittmi f’ċimiterju qrib iċ-ċentru Iżlamiku ta’ Linwood fi Christchurch.

Akkużat bl-attakk huwa l-Awstraljan Brenton Tarrant ta’ 28 sena.

Skont it-tradizzjoni Iżlamika, katavru Musulman irid jindifen mill-iktar fis possibbli, iżda minħabba proċess ta’ identifikazzjoni, id-dfin qed jieħu ż-żmien.

Aktar funerali mistennija jseħħu llum matul il-jum.