Barranin
Jibdew ix-xogħlijiet ta’ twaqqigħ fuq il-pont ta’ Genova

Bdew it-tħejjijiet biex jinbena pont ġdid fil-belt ta’ Genoa wara li sitt xhur ilu ġġarraf dak li kien hemm qabel u qatel 43 persuna.

Il-Gvern Taljan għamel il-bini mill-ġdid ta’ dan il-pont bħala prijorità. F’ċerimonja li mmarkat il-bidu tal-proġett, il-Ministru tat-Trasport Danilo Toninelli qal li dan jissimbolizza l-qawmien mill-ġdid tal-Italja.

Dan il-proġett infrastrutturali, li mistenni jiswa mal-230 miljun ewro, mistenni jwassal għal tkabbir ekonomiku f’pajjiż fejn is-sena li għaddiet sab ruħu fit-tielet riċessjoni f’għaxar snin.

Il-perit Renzo Piano, imwieled f’Genoa, ta donazzjoni tal-proposta għall-pont il-ġdid u qabel li jsegwi x-xogħlijiet mill-qrib.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tifel ta’ 14-il sena miet wara li missieru waqa’ minn fuq is-sellum għal fuqu. L-inċident seħħ f’Ruma waqt li l-missier u l-iben kienu qed jgħinu lil xulxin waqt li jirranġaw…

Barranin

Il-kardinal Ġermaniż Reinhard Marx qal li hemm evidenza ċara li dokumenti dwar abbużi sesswali tat-tfal inqerdu, biex jinħeba l-abbuż li kompla għaddej bla xkiel. “Files that could have documented the…

Barranin

Il-President tas-Sudan, Omar al-Bashir, iddikjara stat ta’ emerġenza, xolja l-gvern federali u keċċa l-gvernaturi tal-istat kollha. Sigħat wara, Bashir ħatar membri tal-forzi tal-ordni bħala gvernaturi u żamm lill-ħames membri tal-kabinett,…

Barranin

L-Italja wkoll maħkuma minn maltemp qawwi li miegħu mhux biss ġab ħsarat kbar iżda ħasad ukoll il-ħajja ta’ 3 persuni. Fi Frosinone, 2 persuni tilfu ħajjithom u ħalla 2 oħra…

Aktar