Barranin
Jibdew jidfnu lil qrabathom wara li mietu mgħaffġa f’festival tal-Lhud

Familji f’Iżrael bdew jidfnu lill-għeżież tagħhom li kienu fost 45 persuna li mietu mgħaffġa f’festival tal-Lhud.

Mal-150 persuna indarbu fil-festival Lag B’Omer Festival qrib Mount Meron fejn in-nies spiċċaw maqbudin f’passaġġ li kien mimli nies.

Il-funerali se jitħallew isiru għall-vittmi li ġew identifikati. Il-Prim Ministru Benjamin Netanyahu wiegħed inkjesta biex ikun assigurat li traġedja bħal din ma terġax tiġrif.