Barranin
Jibdew jiftħu l-pubs u ħwienet essenzjali fir-Renju Unit

Nifs qawwi mir-residenti tal-Ingilterra u Wales wara li f’nofsillejl bdew jigu llaxkati l-mizuri tal-lockdown. Uħud minnhom ma ddejqux ibillu griżmejhom f’nofs ta’ lejl u kienu qed jistennew wara l-bibien tal-pubs, li numru minnhom fetħu mat-tokki f’nofs il-lejl.

Fil-fatt il-ħwienet tax-xorb kienu l-ewwel stabbilimenti li bdew iservu lill-pubbliku fuq barra. Wara xhur imċaħħdin mill-pubs, uħud tant kienu mejtin għall-qatra f’pub li marru jixorbu f’nofsilejl, tat-Tnejn filgħodu.

Ma’ sbieħ it-Tnejn, fetħu wkoll il-ħwienet mhux essenzjali, fejn anki hawnhekk il-ħerqa tan-nies biex jerġgħu jidħlu f’ħanut, wasslet għall-kjuwiet twal, tant li d-distanza soċjali mhux dejjem kienet possibli.

L-effetti ta’ xhur mingħajr qatgħa xahar kważi nħasset minn kulħadd, b’persuni b’xagħar ferm itwal u ikbar mis-soltu, qalu għall-erwieħ.

Mil-lum fl-Ingilterra fetħu wkoll il-gyms kif ukoll attrazzjonijeit bħal-London zoo, bil-ġenituri jgħidu li l-aħħar lockdown kien l-aktar diffiċli għat-tfal.

F’Wales mijiet għamlu l-istess filwaqt li fl-Iskozja, l-Iskoċċiżi ser ikollhom jistennew ġimagħtejn oħra qabel ikunu jistgħu jerġgħu jixirfu ’l barra mill-għatba ta’ darhom.