Barranin
Jibdew l-ewwel taħdidiet ta’ paċi bejn it-Taliban u l-Gvern tal-Afganistan

Wara xhur ta’ postponiment, bdew l-ewwel taħdidiet ta’ paċi bejn it-Taliban u l-Gvern tal-Afganistan. It-taħdidiet mistennija jibdew illum fil-Qatar.

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Mike Pompeo iddeskriva t-taħdidiet bħala storiċi, wara ċerimonja tal-ftuħ f’Doha. It-taħdidiet kellhom jibdew fi Frar li għadda iżda kien hemm nuqqas ta’ qbil dwar priġunier kontroversjali li kellu jgħaddi bejn naħa u oħra, kif ukoll minħabba vjolenza fl-Afganistan. Iż-żewġ naħat ilhom jiġġieldu għal dawn l-aħħar erbgħin sena.

Delegazzjoni mill-Gvern tal-Afghanistan ħalliet Kabul għal Doha lbieraħ, il-ġurnata li tikkommemora id-dsatax anniversarju mill-attakki tal-ħdax ta’ Settembru fl-Istati Uniti. Il-Kap tad-Delegazzjoni Afgana Abdullah Abdullah qal li l-Gvern irid li tinstab il-paċi li tkun waħda ġusta u dinjituża. Il-Ħamis li għadda t-Taliban kkonfermaw li se jattendu, wara grupp ta’ sitt priġunieri sfaw meħlusa.

Min-naħa tagħha, l-Istati Uniti qablet li jekk iseħħ ftehim ta’ paċi, se tneħħi s-sanzjonijiet tagħha kontra t-Taliban u taħdem man-Nazzjonijiet Magħquda dwar dan, kif ukoll tnaqqas it-truppi tagħha fl-Afganistan b’madwar erbat elef.

Aħbarijiet Oħra

Mara tqila fi Florida, fl-Istati Uniti, ma ħasbithiex darbtejn biex taqbeż fil-baħar u ssalva lil żewġha hekk kif ratu jiġi attakkat minn kelb il-baħar. Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda, meta…

Il-President Amerikan Donald Trump ma kkommettix ruħu li jekk fl-elezzjoni ta’ Novembru jitlef, jitlaq il-poter minn idu bil-kelma t-tajba. Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-White House, Trump qal li rridu naraw x’se…

Żewġ uffiċjali tal-pulizija qed isofru minn ġrieħi ta’ arma tan-nar hekk kif eluf ta’ nies niżlu jipprotestaw fil-belt Amerikana ta’ Louisville u sparaw fuqhom. Il-protesti saru hekk kif il-ġuri ewlieni…

Il-vapur Alan Kurdi b’133 immigrant abbord biddel ir-rotta tiegħu u beda jbaħħar lejn il-port ta’ Marsilja fi Franza. L-immigranti ġew salvati s-Sibt li għadda u l-vapur talab l-għajnuna taċ-ċentri ta’…

Aktar