Edukazzjoni
Jibdew l-eżamijet tal-Matsec

Mil-lum bdew is-sessjonijiet tal-Matsec u s-Sec li matul il-ġurnata tal-lum raw iktar minn 2,000 student jagħmlu l-eżamijiet tagħhom fi 12-il ċentru differenti.

Kelliem tal-Ministeru għall-Edukazzjoni qal lil dan l-istazzjon li l-proċess tas-sessjoni ta’ filgħodu mexa b’mod tajjeb ħafna u appella biex l-istudenti jkomplu jobdu d-direttivi li ħarġu l-awtoritajiet tas-saħħa.

Din is-sena ttieħdu numru ta’ miżuri sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-istudenti b’distanzi bejn l-imwejjed, teħid tat-temperatura u użu ta’ maskli. L-eżamijiet se jdumu perjodu ta’ sitt ġimgħat.