Qorti
Jibqa’ arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li ta daqqiet ta’ sikkina lil raġel f’San Pawl il-Baħar

Abd Al Salam el Adaw Mahmud, Palestinjan ta’ 44 sena kien akkużat fil-Qorti  li ta daqqiet ta’ sikkina jew bi strument li jaqta u bil-ponta lil Wagih Yousseff Awad f’ħanut f’San Pawl il-Baħar.

L-ispettur Godwin Scerri li mexxa l-prosekuzzjoni qal li Mahmud u ilu jgħix għal 15-il sena f’Malta u kien diġà wettaq attakk simili fl-imgħoddi. Qal li sid il-ħanut kien għadu rikoverat fl-isptar għall-ġrieħi li sofra u minkejja li ma jinsabx fil-periklu tal-mewt, l-inċident seta’ kellu konsegwenzi ferm iżjed serji.

Qal li l-prosekuzzjoni rat x’ġara permezz tal-filmati tac-CCTV tal-ħanut, u l-inċident seħħ meta l-akkużat resaq lejn sid il-ħanut, indirizzah b’mod aggressiv, u attakkah b’sikkina fl-istonku.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li l-imputat kien instab ħati ta’ reati simili fl-imgħoddi u ordnat li jibqa’ jinżamm arrestat fil-Faċilta’ Korrettiva ta’ Kordin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sejjaħ laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li se ssir bħal-lum ġimgħa. Fost it-temi fuq l-aġenda hemm imniżżla l-punti, ‘Qagħda Politika’ u ‘Azzjoni Konkreta’. Intant, TVM jinsab infurmat…

Ambjent

Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ippospona d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għall-bini ta’ supermarket tal-Lidl fi Triq Ħ’Attard Ħaż-Żebbuġ li huwa ppjanat li jsir fuq medda art ta’ 2,200 metru kwadru flimkien ma’ parkeġġ…

Turiżmu

Skont studju kkummissjonat mill-MHRA, sitta fil-mija tal-lukandiera f’Malta jemmnu li sa tmiem is-sena d-dieħla t-turiżmu jista’ jirkupra għal kif kien qabel il-pandemija tal-COVID-19. 17% qalu li n-numri tat-turisti tas-sena li…

Aktar