Kurżitajiet
Jibżgħu meta raw kelb il-baħar jgħum qribhom

Mumenti ta’ biża’ mill-għawwiema f’bajja f’Catona, li tinsab fil-provinċja ta’ Reggio Calabria.  Dan hekk kif l-għawwiema nħasdu meta lemħu kelb il-baħar jgħum qrib ix-xatt.

Nies li kienu fuq il-post baqgħu mbellħin bil-kobor tal-kelb il-baħar u qalu li qas fil-Maldives qatt ma raw kelb il-baħar kbir daqshekk.  Bosta kienu dawk li ffilmjaw din ix-xena mhux tas-soltu tant li l-filmati mill-ewwel spiċċaw viral fuq is-siti soċjali.

Kien grazzi għall-intervent tal-lifeguards li rnexxielhom ibegħdu lill-kelb il-baħar mill-inħawi biex ma jnaffarx lit-turisti u l-għawwiema li kien hemm fil-bajja.

Għalkemm ħafna jaħsbu li fil-Baħar Mediterran ma tantx hawn klieb il-baħar, għax huma iktar popolari f’ibħra oħra iktar imbegħda minna, mhux l-ewwel darba li ntlemħu jgħumu xi speċi ta’ dan il-ħut kbir, anke fl-ibħra Maltin, kif ġara ftit ilu fiż-Żurrieq.

Ara wkoll:

ARA: Idur bil-Jet Ski f’Wied iż-Żurrieq u jsib kelb il-baħar ma’ wiċċu

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-aħħar kliem li qal il-ġurnalist Sawdi Jamal Khashoggi qabel inqatel kienu “Ma nistax nieħu nifs”.  Dan joħroġ mit-traskrizzjoni tal-awdjo li ġie rrekordjat fl-aħħar mumenti qabel il-qtil ta’ Khashoggi u li ġie…

Lifestyle

Kull sena l-ġenituri bħal qishom qed jabbandunaw l-ismijiet tradizzjonali u jagħżlu dawk aktar uniċi u differenti. Siti tat-tqala qed ibassru li s-sena d-dieħla mhux se tikser dan. Jidher li Sophia…

Barranin

Il-President Franċiż Emmanuel Macron illum mistenni li jiltaqa’ mat-trade unions u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, bit-tama li jtemm darba għal dejjem ir-rewwixti f’Pariġi u fi bliet oħra tal-madwar. Macron se jkun qed…

Kurżitajiet

Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali qed jiġbed l-attenzjoni ta’ bosta għall-mod inġenjuż kif raġel irnexxielu jgħabbi karozza fuq vann. Fil-filmat, li nġibed f’Ħal Qormi, raġel jidher qed jimbotta…

Aktar