Lokali
Jiċċelebra għeluq sninu flimkien mal-atleti tal-basketball

Illum, il-President ta’ Malta George Vella jagħlaq 77 sena u qed iqatta’ għeluq sninu flimkien mal-atleti tal-basketball b’abbiltajiet imħallta.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, il-Malta Basketball Association, Malta Wheelchair Basketball, Aġenzija Żgħażagħ, u l-Kumitat Paralimpiku ngħaqdu flimken bil- għan li jżiedu l-għarfien dwar l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin fil-25 ta’ Mejju 2019.

Fl-attività msejħa Did-Darba Se Nivvota għall-Isport, il-President ta’ Malta George Vella qal li għalkemm il-Parlament Ewropew u l-isport huma distinti għandhom xenh. Qal li t-tnejn għandhom sens ta’ kompetizzjoni li hu bżonnjuż biex jixpruna individwu jimxi ‘l quddiem. Qal li jagħti lok individwu jiltaqa’ ma nies minn setturi differenti u jespandi orizzonti tiegħu. Il-President ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jivvutaw għax qal li din hi opportunita’ unika biex isemmgħu leħinhom.

F’Did-Darba Se Nivvota għall-Isport ħadu sehem atleti tal-basketball minn diversi aspetti tal-ħajja, atleti b’abbiltajiet imħallta, atleti para-olimpiċi, il-coaches tagħhom u fanatiċi tal-basketball li kkompetew kontra xulxin.

Dan l-avveniment huwa parti mill-kampanja Did-Darba Se Nivvota mifruxa mal-UE li tnediet mill-Parlament Ewropew biex tinkoraġixxi parteċipazzjoni fid-demokrazija Ewropea. Il-kampanja hija mmexxija miċ-ċittadin, b’iktar minn kwart ta’ miljun Ewropew li rreġistra sabiex jifforma l-futur tal-UE. Attivisti u voluntiera madwar l-Ewropa kollha qegħdin jorganizzaw diskussjonijiet, jiġru l-maratoni, iżuru l-iskejjel u f’każ wieħed li jispikka saħansitra jimxu minn Lyon sal-Parlament Ewropew fi Brussell – kollu biex iħeggu lin-nies jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej.

IntantAra dan il-filmat dwar il-profil tal-President George Vella:

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar