Kurżitajiet
Jiċċelebra għeluq sninu waqt il-laqgħa tal-Kabinett

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum jagħlaq 45 sena.  Jidher li għal Dr Muscat kienet ġurnata normali ta’ xogħol, iżda li matulha xorta ċċelebra għeluq sninu.

Ritratt li ttella’ mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne juri lill-membri tal-Kabinett imdawrin mal-Prim Ministru hu u jaqsam kejk f’għeluq sninu.  Waqt il-laqgħa tal-Kabinett, li ssir kull ġimgħa nhar ta’ Tlieta, jidher li llum kellha mument iktar leġġer u togħma ħelwa wkoll.

Joseph Muscat twieled fit-22 ta’ Jannar tal-1974 f’Tal-Pietà.  Huwa ġie elett Prim Ministru ftit inqas minn 6 snin ilu.

Aħbarijiet Oħra
Sigurtà

‘Il fuq minn ħamest elef atleta, żewġ terzi minnhom barranin, kienu fuq ix-xwiek biex għada, il-Ħadd filgħodu, jieħdu sehem fil-maratona ta’ Malta. Iżda b’xorti ħażina, il-maratona tħassret ftit tal-ħin ilu…

Lokali

F’riċerka għad-dottorat dwar il-kriminalità fil-familji Maltin, Janice Formosa Pace sabet li l-familja tista’ tkun dik li tippromwovi l-kriminalità. Kontra dak li jseħħ fl-Eworpa, f’Malta hija komuni li l-ġenituri u l-ulied…

Sport

Waqt logħba tat-Tieni Diviżjoni bejn Oratory Youths u Qala Saints, ir-referee Joseph Agius spiċċa qala’ daqqa ta’ ponn wara li ta żewġ karti sofor lil plejer tal-Qala. Il-logħba li saret…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni President’s Trust kompliet tqassam tagħmir lil tfal li għandhom diffikultà bil-vista biex tgħinnhom fil-mixja edukattiva tagħhom. B’kollox il-fondazzjoni qassmet b’kemm jiswa €150,000 f’tagħmir tal-informatika lil 65 tifel u tifla….

Aktar