Xogħol
Jiċħad dak li qed tgħid il-UĦM dwar il-ftehim għall-ħaddiema ta’ Aġenzija Sapport

B’referenza għall-istqarrija tal-UĦM dwar l-azzjonijiet industrijali ordnati f’Aġenzija Sapport, is-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva qal li mhu minnu xejn dak li qed tgħid il-UĦM li għad baqa’ diversi pendenzi dwar il-ftehim kollettiv.

Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva qal li l-pendenzi kollha ġew riżolti kollha f’laqgħa nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Settembru, fejn intlaħaq qbil dwar kollox ħlief għal kwistjoni waħda.

Is-Segretarjat qal li l-azzjonijiet li qed tagħmel il-UĦM huma sproporzjonati għax qed isiru dwar kwistjoni waħda li fil-kuntest kollu hi kwistjoni żgħira iżda b’riperkussjonijiet li jistgħu jkunu kbar għax tista’ twassal għal diżgwid fost il-ħaddiema u għal talbiet mhux sostenibbli. Is-Segretarjat qal li dawn l-azzjonijiet ma jistgħu qatt ikunu ġustifikati għax qed iwasslu għal tbatija żejda u bla bżonn fuq mijiet ta’ persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom.

Fil-laqgħa sar qbil dwar pakkett finanzjarju li bih se jingħataw żidiet tajbin kemm fil-paga bażika u anke f’numru ta’ allowances lill-ħaddiema kollha ta’ Aġenzija Sapport.

Ara wkoll:

Direttivi tal-UĦM fl-Aġenzija Sapport jaffettwaw madwar 500 persuna b’diżabbiltà

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….

Lokali

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…

Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Aktar