Qorti
Jiċħad li seraq €500 li kienu nġabru għall-karità

Mario Farrugia ta’ 49 sena li joqgħod Santa Venera ġie akkużat li fl-aħħar jiem seraq flus intenzjonati għall-karità minn żewġt iħwienet f’Ħal Qormi.

Huwa kien akkużat li seraq ftit inqas minn €500 li nġabru għal Puttinu Cares u l-Inspire, fost oħrajn.

Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest wara li Farrugia ċaħad l-akkużi. Huwa kien mixli wkoll li huwa ricediv b’sentenzi oħra tal-Qorti.

Huwa ngħata l-libertà proviżorja b’depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €7,000.