Lokali
Jiddandan fil-quċċata ta’ tower crane – responsabbiltà tiegħu kieku waqa’

F’siti tal-kostruzzjoni f’Malta u Għawdex hawn mal-140 tower crane. Bravura jew bluha ta’ żagħżugħ Amerikan li tela’ sal-quċċata ta’ wieħed minhom iġegħelna nistaqsu fuq is-sigurtà ta’ dawn l-inġenji tant meħtiega fl-industrija tal-bini.

Filmat li ttella’ fuq youtube ftit tal-jiem ilu juri żagħżugħ Amerikan jiddandan għax irnexxielu jitla’ sal-quċċata ta’ tower crane. Din l-avventura qajmet diversi mistoqsijiet fosthom dwar kemm hu faċli jew diffiċli l-aċċess f’post bħal dan fejn għandek sit tal-kostruzzjoni. L-uffiċjal mill-awtorità għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, Kevin Gauci, sostna ma’ TVM li ż-żagħżugħ wettaq bluha u li kieku ġara xi ħaġa kienet tkun responsabbiltà tiegħu biss.

“Is-sinjur qabeż l-aċċess tal-krejn, baqa’ tiela’ u sfortunatament baqa’ ħiereġ anzi fortunatament ma ġara xejn”, qal Kevin Gauci, mill-OHSA.

B’medja ta’ 140 tower crane armati f’Malta, is-Sur Gauci saħaq li dawn ikollhom ilqugħ li huwa obbligatorju biex ħadd ma jidħol ħdejn il-krejn mingħajr awtorizzazzjoni.

“Idealment il-hoarding ikun daqxejn ġebel magħmul biex strutturalment ma jistax wieħed ikollu aċċess faċli biex jitla’ minn xi ħaġa illeċita kif kellna f’dan il-każ. M’hemmx restrizzjonijiet ta’ kif jagħmlu imam”, qal is-Sur Gauci.

Is-Sur Gauci qal li waqt li hu importanti li l-istruttura tal-krejn u l-bażi li jkun armat fuqu ikun sikur, l-awtorità tisħaq ħafna fuq it-taħriġ ta’ min iħaddem it-tower crane.

“Bħala Liċenzja ma teżistix, il-liġi tagħna tisħaq fuq taħriġ. Taħriġ irid ikun addattat għax-xogħol li qed jagħmel. Ma jistax xi ħadd li jkun qed jagħmel il-madum, għada pitgħada tagħtih iħaddem tower crane. Mhux logħba jew joystick, imma xi ħaġa fejn tista’ tweġġa’ jew toqtol in-nies.

Dwar jekk tower crane għandux jieqaf jopera f’każ ta’ riħ qawwi, is-Sur Gauci qal li ħafna mill-manifatturi jissuġġerixxu li dan ma jibqax jintuża meta r-riħ ikun f’qawwa ta’ Forza 5 u iktar. Hu rrefera għall-preokupazzjoni tal-pubbliku, l-aktar tal-ġirien ta’ fejn jintramaw it-tower cranes. Qal l-awtorità tirċievi diversi ilmenti izda spjega li t-tower cranes meta jitħaddmu kif suppost huma aktar siguri mill-mobile cranes.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa favur investigazzjoni iktar wiesgħa minn awtoritajiet Ewropej bħal Europol, ħalli jekk hemm persuni involuti fid-delitt tagħha ma…

Lokali

Mara ta’ 30 sena miż-Żurrieq mietet wara li ttajret minn karozza fix-xatt tal-Gżira.  L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30 tal-lejla quddiem id-daħla ta’ Manoel Island.  Hija ttajret minn xufier ta’ 40 sena…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal illi l-konferenza mogħtija mill-Kummissarju tal-Pulizija qajmet aktar dubji u inċertezzi u ma tagħtix serħan il-moħħ li qed isir l-aqwa possibbli biex issir ġustizzja. Dr Delia…

Lokali

Konferenza internazzjonali mifruxa fuq jumejn organizzata mill-Awtorità tat-Turiżmu, qed tħares lejn kif tista’ tintroduċi t-turiżmu reliġjuż lejn Malta. Dan it-tip ta’ turiżmu jkompli jsaħħaħ l-istrateġija tal-awtorità biex it-turiżmu lejn Malta…

Aktar