Stejjer Umani
Jiddedika ħajtu għall-morda fl-isptarijiet

Ilu ħmistax-il sena fil-pastorali mal-morda fl-isptarijiet u ma jieqaf qatt jitlob għall-pazjenti u l-qraba tagħhom speċjalment meta persuna tkun waslet lejn it-tmiem tal-ħajja. Minkejja t-tbatijiet li jara quddiemu ta’ kuljum, Patri Mario Attard, dejjem bi tbissima biex jagħti kuraġġ lil dawk għaddejjin minn żmien diffiċli. Patri Attard kien intervistat fil-programm Umani.

Fil-kurituri tal-isptar Mater Dei l-ħin kollu jterraq Patri Mario Attard li flimkien ma’ patrijiet oħra Kappuċini jżur is-swali biex ifarraġ lil pazjenti u lil qrabathom. Għal Patri Mario la hemm nhar u lanqas lejl għax isibu dejjem fil-mument tal-bżonn jassisti bis-sagramenti mal-morda u dejjem b’kelma ta’ faraġ għal min jeħtieġha.

Patri Mario Attard qal “in-nies għandhom bżonn lil xi ħadd jitkellmu miegħu u nitlob, nemmen ħafna fil-qawwa tat-talb.”

Minkejja l-għawġ tal-mard li jara quddiemu, Patri Mario jirnexxilu jżomm bi tbissima fuq fommu.

Patri Mario qal “id-daħqa mhix tiegħi imma ta’ Kristu, l-Ispirtu s-Santu għallimni taqbila ta’ Ġorġ tal-Mużew, bi tbissima lil Alla nagħtuh qima.”

Lil hinn mill-pastorali mal-morda, Patri Mario jħobb iż-żwiemel u meta jsib il-ħin jinżel sal-Marsa fejn hemm ukoll jieħu l-opportunità li jitlob mad-dilettanti taż-żwiemel.

Patri Mario qal “iż-żiemel jgħallimni, biex ngħix u nħalli lil min jgħix..fil-knisja, fil-kunventi, fil-familji, għix u ħalli li min jgħix”.

Biċ-ċoqqa u jżebbeġ il-kuruna f’idejh, Patri Mario Attard jagħti kuraġġ lil morda u l-qraba, filwaqt li jisħaq fuq il-bżonn li wieħed isib ħin li jirrilassa.

Patri Mario temm jgħid “inħobb ngħid lili nnfisi u lill-ħaddiema..aħjar nieħu break inkella nsir steak” .

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Kronaka

Uffiċjal tas-sigurtà sofra xi ġrieħi waqt attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fil-ħanut tal-Eurosport fi Triq Salvu Psaila. Huwa mifhum li l-uffiċjal tas-sigurtà, raġel ta’ 46…

Qorti

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li kien akkużat b’moħqrija tal-annimali. Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija ssejħu fuq rapport ta’ mara li qalet li binha qed ikun aggressiv. Meta…

Aktar