Politika
Jiddeskrivi r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Italja bħala eċċellenti

Il-kollaborazzjoni deskritta bħala eċċellenti bejn Malta u l-Italja u l-isfidi simili li jiffaċċjaw iż-żewġ pajjiżi ġirien ġew diskussi f’laqgħa bejn il-Ministri tal-Finanzi ta’ Malta u l-Italja. Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Finanzi Taljan, Giovanni Tria, jinsab Malta għal-laqgħa ta’ kostitwenza tal-Fond Monetarju Internazzjonali u tal-Bank Dinji.

Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Finanzi tal-Italja, Giovanni Tria, iddeskriva r-relazzjoniijiet bejn Malta u l-Italja bħala eċċellenti. Waqt żjara qasira f’Malta għal-laqgħa ta’ kostitwenza tal-Fond Monetarju Internazzjonali u tal-Bank Dinji, li bħalissa qed titmexxa mill-Italja. Il-Ministru Tria qal li l-pajjiżi Ewropej iħabbtu wiċċhom ma’ diversi kwistjonijiet bħall-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-kwistjonijiet kummerċjali ta’ protezzjoniżmu li ġejjin minn barra l-Ewropa.

Il-Ministru Taljan għall-Ekonomija u l-Finanzi, Giovanni Tria qal “each country has specific problems but we are facing the general impact of some uncertainties… so we are guiding the evolution of the economy and the impact in Europe is quite strong especially the impact is strong on the countries more involved in trade.”

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ddeskriva l-laqgħa bilaterali mal-Ministru Tria, bħala waħda bejn żewġ pajjiżi ġirien u ħbieb, li jridu jaraw kif jistgħu jgħinu lil xulxin.

” Malta and Italy have always worked together and we want to maintain our friendship even in the economy and finance and in banking. ”

Il-Ministru Scicluna qal li l-laqgħa bilaterali kienet l-ewwel waħda bejn iż-żewġ naħat għalkemm jiltaqgħu b’mod regolari fil-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar