Barranin
Jiddikjara emerġenza nazzjonali biex jipproteġi l-kompjuters minn “avversarji barranin”

Il-President Amerikan Donald Trump iddikkjara emerġenza nazzjonli biex jipproteġi n-networks tal-kompjuters minn dak li fi kliemu huma avversarji barranin.

Huwa ffirma ordni eżekuttiva biex kumpaniji Amerikani ma jużaw mezzi ta’ telekomunikazzjoni barranin għax skont il-President Trump jistgħu jkunu ta’ thedidda fuq is-sigurtà nazzjonali.

L-ordni ma tagħmel l-ebda referenza speċifika għal kumpaniji partikolari, iżda huwa mifhum li ttieħdet biex tindirizza lil Huawei.

Il-kumpanija Ċiniża qalet li r-restrizzjonijiet fuq in-negozju tagħha fl-Istati Uniti jaffettwa ħażin biss lill-konsumaturi u l-kumpaniji.

Fl-aħħar xhur, diversi pajjiżi mmexxija mill-Istati Uniti, qajmu tħassib li l-prodotti tal-Huawei jistgħu jintużaw miċ-Ċina għas-sorveljanza.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Apple, Tim Cook, ħabbar li s-sena d-dieħla l-kumpanija se tkun qed tiftaħ l-ewwel ħwienet tagħha fl-Indja. Hu ħabbar dan waqt laqgħa tal-azzjonisti, fejn qal li l-kumpanija kellha…

Barranin

L-Italja huwa uffiċjalment l-iktar pajjiż fid-dinja fejn il-virus qed jinxtered b’ rata mgħaġġla, saħansitra iktar miċ-Ċina, minn fejn beda. Ilbieraħ l-Italja rat żieda ta’ 25% f’każi ġodda ta’ Covid-19, fejn sa…

Barranin

Mil-lat internazzjonali aktar pajjiżi ewropej irrapurtaw każijiet ta’ Coronavirus. Fl-Italja, l-imwiet telgħu għal tnax waqt li hemm 400 każ ta’ Coronavirus, fosthom sitt itfal. Dan ma wassalx lill-pajjiżi ġirien biex…

Barranin

Għadd ta’ pajjiżi Ewropej ħabbru li għandhom l-ewwel każijiet ta’ coronavirus u lkoll jidhru li huma assoċjati mal-imxija tal-virus li bdiet fl-Italja. L-Awstrija, il-Kroazija u l-Iżvizzera qalu li l-każijet jinvolvu…

Aktar