Barranin
Jiddikjara stat ta’ emerġenza fil-pajjiż u lockdown fil-belt li tmiss mal-fruntiera tal-Korea t’Isfel

Wara li Spanja rat qabża fil-każijiet tal-coronavirus b’aktar minn 920 każ ġdid nhar il-Ġimgħa, il-Gvern Ingliż iddeċieda li kull min jidhol ir-Renju Unit minn Spanja jrid jagħmel kwarantina ta’ 14-il ġurnata. Id-deċizjoni ġabet reazzjoni immedjata speċjalment minn Ingliżi li laħqu bbukkjaw il-vaganzi tagħhom fi Spanja, bil-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dominic Raab jgħid li l-Gvern Ingliż mhux se jagħmel apoloġiji għad-deċiżjonijiet li hemm bżonn jieħu.

Ingliżi li qegħdin Spanja għal vaganza jew dawk li għadhom kemm ħallsu biex imorru fil-jiem li ġejjin esprimew rabja għall-Gvern Ingliż li ddeċieda li dawk li se jirritornaw fir-Renju Unit minn Spanja jridu jagħmu 14-il jum kwarantina obbligatorja, wara li nhar il-Ġimgħa l-pajjiż li għadu kemm ħareġ minn lockdown, irreġistra 922 każ ġdid. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dominici Raab iddefenda d-deċiżjoni tal-gvern u qal li din kienet neċessarja biex ma jinfirix il-virus.

”We’ve always said that we’d keep the travel advice under constant review and as we eased our way through lockdown we would still have to make targeted interventions – this is absolutely crucial, we’re taking this in a targeted and decisive and focused way.”

Intant l-Ingliżi jinsabu rrabjati għal din id-deċiżjoni b’uħud jgħidu li r-Renju Unit qiegħed f’sitwazzjoni ferm agħar minn Spanja.

“Especially when the UK have got, you know, big spates of infection still so I think Spain’s handling it better than the UK at the moment.”

“Yes, I would be more concerned about catching coronavirus in London than in Spain.”

Il-linji tal-ajru fosthom il-linja tal-ajru British Airways ikkritikat id-deċiżjoni bħala daqqa ta’ ħarta oħra għall-industrija. Intant b’reazzjoni il-Ministru għall-affarijiet barranin Spanjola Arancha Gonzalez Laya sostniet li Spanja huwa pajjiż sigur għat-turisti u li s-sitwazzjoni qiegħda taħt kontroll.

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kin Jong Un iddikjara stat ta’ emerġenza fil-pajjiż u lockdown fil-belt li tmiss mal-fruntiera tal-Korea t’Isfel wara li raġel infettat bil-virus mill-Korea t’isfel daħal fil-pajjiż. Jekk dan il-każ se jiġi kkonfermat, għall-Korea ta’ Fuq li s’issa dejjem qalet li kienet ħielsa totalment minn dan il-virus, dan ikun l-ewwel każ. Iżda Kim Jong Un iddikjara li mhux se jiċċajta mal-virus u ordna lockdown immedjat. Qed jiġi rrappurtat li r-raġel li għandu l-virus kien ilu jgħix fil-Korea ta’ Isfel għal 3 snin u li daħal fil-Korea ta’ Fuq illegalment. Ir-raġel inżamm taħt kwarantina u qed jiġu ttestjati dawk li setgħu kellhom kuntatt miegħu.

L-istat ta’ Victoria, it-tieni l-ikbar fl-Awstralja rreġistra kważi 460 każ ġdid, jiġifieri żieda ta’ 357 każ mill-jum ta’ qabel. Il-Premier ta’ Victoria Daniel Andrews qal li fl-aħħar 24 siegħa Victoria rreġistrat 10 imwiet minħabba l-Covid-19.

“We are approaching the halfway mark. We’ve been clear that it would get worse before it got better, but stability had to be achieved before we would start to see numbers fall.”

Il-każijiet ġodda nstabu wara li f’ġurnata waħda saru iktar minn 45,000 swab test. Bħalissa f’Victoria hemm lock down ta’ sitt ġimgħat, bil-fruntieri magħluqa u lbies obbligatorju tal-maskri.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Barranin

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta…

COVID-19

Minn għada s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, se terġa’ tibda tagħti aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19. Ix-xandira diretta se tibda ssir kull nhar ta’ Ġimgħa fin-12.30pm u se tixxandar fuq…

Aktar