Barranin
Jiddisinja ħwejjeġ minn affarijiet riċiklabbli

L-iskart ta’ wieħed huwa t-teżor ta’ ieħor. Hekk jiddeskrivi l-karriera tiegħu Artur Brazhe, disinjatur tal-moda favur l-ambjent. Brazhe huwa minn Kursk u ilu jiddisinja ħwejjeġ minn affarijiet riċiklabbli għal dawn l-aħħar snin.

Kostumi u ħwejjeġ huma l-qofol tal-karriera tiegħu u dejjem jippreferi joħloq il-kreazzjonijiet tiegħu minn materjal riċiklabbli u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.

Għalhekk, ħafna drabi jispiċċa juża materjal li jarmi ħaddieħor. Illum il-ġurnata, Brazhe jgħid li qatt ma jkollu nuqqas ta’ materjal tant ħafna nies qed iqisu iktar il-ħtieġa li jirriċiklaw l-affarijiet li jużaw u minflok jarmuwhom ituhomlu biex minnhom ikun jista’ jaħdem iktar ħwejjeġ u kostumi.

Brazhe huwa r-rebbieħ tal-kompetizzjoni tal-moda msejħa ‘Russian Silhouette’, immirata għal diżinjaturi ġodda. Huwa rebaħ il-kompetizzjoni bil-kollezzjonijiet ta’ kostumi magħmula mill-gazzetti.

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

L-informazzjoni personali ta’ miljuni ta’ influencers fuq Instagram instabet online fuq database.  It-tagħrif kollu kien maħżun f’server li mhux protett b’password u għalhekk aċċessibbli għal kulħadd. TechCrunch qed tirrapporta li…

Brexit

Il-kabinett Ingliż qabel mal-pjan tal-Prim Ministru Theresa May ħalli l-fethim biex ir-Renju Unit iħalli l-Unjoni Ewropea jsir parti mil-Liħi Ingliħa. Jingħad li l-ftehim huwa maħsub biex jinstab kompromess mal-Oppożizzjoni Laburista….

Barranin

L-attur ċelebri Johnny Depp akkuża lill-ex mara tiegħu Amber Heard li kienet tpinġi t-tbenġil u ċaħad li kien isawwatha.  L-istilel ta’ Hollywood Depp u Heard iżżewġu fl-2015 u ddivorzjaw sentejn wara,…

Aktar