
Lokali
“Jiddispjaċini bl-indifferenza li tidher li teżisti li għax mietu anzjani qisu ma ġara xejn”
Anthony Mule Stagno mill-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani qal li jiddispjaċih bl-indifferenza li tidher li teżisti li għax mietu anzjani waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19 qisu ma ġara xejn.
Huwa qal dan waqt il-programm TVAM li matulu għadda l-messaġġ biex wieħed jieħu prekawzzjoni kontra l-COVID-19.
L-intervista ma’ Mule Stagno ma waqfitx biss mal-pandemija iżda żvolġiet dwar l-irwol tal-anzjani fis-soċjetà kif ukoll ħidmet il-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani.
Parti mix-xogħol tal-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani huwa li jwassal leħen l-anzjani u jgħaddi suġġerimenti lill-Gvern. Mule Stagno jellenka ftit mis-suġġerimenti u x’jixtiequ li jsir l-anzjani.
Ara l-intervista sħiħa hawn:
TVAM jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7am sad-9am.