Qorti
Jidher quddiem il-Qorti fuq akkużi ta’ serq aggravat u li darab persuna b’sikkina

Shamison Stafrace ta’ 22 sena minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera ħafif persuna oħra b’arma li taqta’ u bil-ponta. Huwa kien akkużat ukoll li ġarr arma mingħajr permess tal-pulizija, li kiser kundizzjonijiet tal-Qorti b’sentenza li ngħata sena ilu u li sar riċediv.

L-Ispettur Lydon Zammit qal li mill-investigazzjoni tal-pulizija rriżulta li kienu żewġ persuni li daħlu wettqu l-hold up fil-ħanut u li kien hemm ieħor li wassalhom bil-karozza u stennihom barra. Dan tressaq il-Qorti ġimagħtejn ilu. Żied jgħid li fil-ħanut instabet ġakketta blu li ntbagħtet għal testijiet forensiċi. Qal li meta arrestaw lil Stafrace, il-pulizija ma kienx għad kellha r-riżultati forensiċi u għalhekk tagħtu l-police bail. Meta waslulha r-riżultati forensiċi wrew li l-ġakketta kienet ta’ Strafrace.

Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella, Stafrace wieġeb li mhux ħati. L-Avukati difensuri Franco Debono u Marion Camilleri talbu għall-ħelsien mill-arrest u argumentaw li Stafrace obda l-kundizzjoni tal-police bail u deher il-Qorti. Qalu wkoll li huwa imminenti li Stafrace jibda programm ta’ rijabilitazzjoni ma’ Sedqa iżda jekk jinżamm arrestat jitlef postu.

Il-Qorti ordnat lil rappreżentant ta’ Sedqa sabiex jixhed dwar dan għada, qabel ma tiddeċiedi jekk tilqax it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Tabella max-xatt tal-Mellieħa, fl-inħawi tat-Tunnara, twissik li mhux permessi BBQs jew tined. Għal ħafna għawwiema iżda jidher li din it-tabella setgħet ma saritx, b’numru kbir ta’ tined li llum intramaw…

Qorti

Raġel weħel 6 xhur ħabs wara li pprova jitlaq minn Malta b’dokumenti foloz. Immigrant mill-Mali, li daħal Malta sena ilu, ġie kkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li pprova…

Toroq

Dalgħodu, 83 vettura twaqqfu fi Triq il-Kosta minn uffiċjali tal-Pulizija li jidderiġu t-traffiku wara li nstabu li kienu qed jiksru l-liġi tat-triq. Madwar 200 karozza ġew iċċekkjati mill-uffiċjali tal-Pulizija fejn…

Kronaka

Connie Mifsud instabet qawwija u sħiħa wara li ġiet irrapportata nieqsa dalgħodu. Iktar kmieni, iben Connie, Chris Mifsud, kiteb fuq il-midja soċjali biex javża li ommu, li għandha d-dimensja, kienet…

Aktar