Lokali
Jidħol biex jisraq minn fabbrika iżda jsib is-sid ma’ wiċċu

Charles Spiteri weħel 46 xahar ħabs wara li nstab ħati li pprova jisraq minn fabbrika fil-Qasam Industrijali ta’ Kordin, Paola.

Fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech nstema’ li Spiteri pprova jisraq mill-fabbrika iżda s-serqa sfaċċat fix-xejn hekk kif inqabad mis-sid u missieru.

Spiteri ġie akkużat li pprova jisraq mill-fabbrika, li għamel ħsara fil-fabbrika u li kien riċediv.

Fil-Qorti, l-Ispettur Spiridione Zammit xehed li fil-fabbrika kienu sabu boiler suit mal-art, turnavit, boots b’xi demm u njama u fejn il-grada sabu demm, li rriżulta kien tal-akkużat. Xehed ukoll li fil-vettura ta’ missier is-sid kienu nstabu pistola bil-magazine barra u shotgun. Xehed li missier is-sid qatt ma ammetta li spara tir bi twissija iżda ammetta li kellu arma tan-nar f’idu. Is-sid tal-fabbrika xehed ukoll li missieru pponta arma lejn l-akkużat iżda ma spara ebda tir.

Min-naħa tiegħu l-Ispettur Joseph Mercieca xehed li l-akkużat kien qal li xi ħadd spara iżda dan ma kienx jaqbel mal-investigazzjonijiet tagħhom. Kompla jixhed li ma nstab ebda sgass fil-fabbrika u li kien hemm katnazz li jagħlaq il-bieb ta’ wara li kien inbidel b’wieħed tallekwali ta’ qabel.

Mix-xhieda tiegħu ħareġ li fl-investigazzjoni, l-akkużat ikkuntrasta lilu nnifsu hekk kif qal li kien fi triqtu lejn il-Pjazza ta Raħal Ġdid għaċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħa tal-kampjonat tal-Hibs u sema’ krib fil-fabbrika u mar jara x’ġara. L-ispettur innota li l-każ seħħ filgħodu meta ċ-ċelebrazzjonijiet kienu se jsiru filgħaxija. Qal li l-akkużat stqarr li sema’ pjanċa taqa’ u persuna tgħajjat u nieżel jara xara u meta kien sejjer lura sema’ arma tiġi kkargata u dlonk qala’ daqqa ta’ injama.

Min-naħa tiegħu l-Pulizija Conrad Ellul qal li sid il-fabbrika kien stqarr li nnota li beda jsir is-serq mill-fabbrika u hu u missieru marru jagħmlu l-għassa. Stqarru li kienu raw raġel dieħel fil-fabbrika qisu mhux hu, b’ċerta arja u meta avviċinawh, l-akkużat ħareġ jiġri u meta s-sid mar jiġri warajh l-akkużat ipponta turnavit, bis-sid jiddefendi ruħu b’injama. Dwar il-pistola, is-sid tal-fabbrika xehed li missieru pponta l-arma iżda ma spara ebda tir.

Mix-xhieda,il-Qorti sabet lir-raġel ħati u nnotat li kien ingħata diversi opportunitajiet biex jirriforma ruħu u jegħleb il-vizzju tad-droga. Hija bagħtitu 46 xahar ħabs u ordnatlu jagħmel il-programm ta’ rijabilitazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-dislessja – kundizzjoni li tfixkel lill-persuna biex titgħallem taqra minhabba li ma tagħrafx uħud mill-ittri u simboli, hi meqjusa bħala ostaklu fil-proċess edukattiv, għalkemm illum hemm mezz ta’ għajnuna biex…

Annimali

Liġi ġdida qed toffri aktar setgħa fil-ħarsien tal-annimali, partikolarment il-klieb li kienu jinżammu marbutin il-ħin kollu b’katina, billi dan il-kunċett issa hu projbit. Madanakollu, id-Direttur għall-Ħarsien tal-Annimali saħaq li l-klieb…

Statistika

Illum huwa l-Jum Ewropew tal-Istatistika, li qed jiġi ċċelebrat għat-tielet darba. Dan il-jum joħroġ aktar fid-deher il-valur tal-istatistika uffiċjali, li f’Malta tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Tliet snin bogħod mill-akbar eżerċizzju…

Infrastruttura

Simpożju organizzat minn Wirt Iż-Żejtun iffoka fuq l-iżvilupp matul iż-żminijiet tar-raħal Malti, fost l-oħrajn bis-sehem ta’ professur Ingliż, li rriċerka dwar l-irħula Maltin. Fis-simpozju, il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici ħabbar li…

Aktar