Lokali
Se jbaħħar mad-dinja biex iqajjem kuxjenza fuq il-paċi u t-tibdil fil-klima

Cruise liner b’missjoni speċjali għamel waqfa fil-Port il-Kbir. Il-vapur żar Malta għall-ewwel darba kważi erbgħin sena ilu. Ċentrali fil-missjoni tiegħu: il-paċi u għarfien akbar dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima bis-sehem ta’ żgħażagħ minn gżejjer li jafu sew l-effetti ta’ din ir-realtà.

Cruise liner tal-għaqda mhux governattiva Ġappuniża, Peace Boat, waqaf fil-Port il-Kbir biex iwassal messaġġ favur il-paċi u jkabbar l-għarfien tal-pubbliku dwar it-tibdil fil-klima.

Bħala parti mill-missjoni ambjentali tal-għaqda, żgħażagħ minn gżejjer li jafu sew l-isfidi ta’ din il-kriżi, irrakkuntaw l-esperjenzi tagħhom u l-effetti li t-tibdil fil-klima tħalli f’ħajjithom bħala residenti fosthom f’Saint Lucia, Montserrat u Palau.

L-attivist, Jevanic Henry qal “with climate change, the signs are showing that hurricanes are becoming more and more intense and we’ve seen that all over the years how it affected or economies negatively. In every couple of years, we have to rebuild, rebuild and rebuild damage to infrastructure.”

L-attivist, Ashneil Jeffers qal “the baseline of temperatures in the Caribbean has been rising and because of that we have more health-related issues. Things like cancer and other diseases as well as mosquito diseases etc because of the rising temperatures.”

L-attivista Elsei Tellei qalet “we sort of seen pattern change where we’re getting really strong natural disasters, typhoons coming to our island, destroying our infrastructure and droughts.”

Fuq il-vapur hemm elf passiġġier li bl-attiviżmu ta’ dawn iż-żgħażagħ fehmu l-effetti tat-tibdil fil-klima, kif spjegat id-Direttur Internazzjonali tal-Peace Boat, Nina Matsumoto.

Nina Matsumoto qalet “people on-board Peace Boat a lot of them probably don’t even know where these countries even are and the realities of climate change often times hit hardest developing nations and small island states, and so having these people who are activist in their own right in their own countries, come and tell their stories and their reality in their own states.”

Il-vapur, li beda l-vjaġġ mill-Ġappun, mistenni li jkun baħħar mad-dinja kollha f’temp ta’ tliet xhur nofs.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Aktar