Parlament
Jidħol fil-liġijiet tal-pajjiż il-kunċett tas-Samaritan it-tajjeb

Il-Kumitat għall-Kunsiderazzjoni tal-Liġijiet approva l-liġi mressqa mill-Oppożizzjoni biex temenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali sabiex jipprovdi għall-immunità mir-responsabbiltà f’każijiet ta’ salvataġġ jew tentattiv ta’ salvataġġ, f’kunċett magħruf bħala s-Samaritan it-tajjeb.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li d-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech ressaq din il-liġi  permezz ta’ Private Members Bill. Żied li b’hekk, il-liġijiet ġew jirriflettu l-prinċipju li l-ħajja ta’ kull persuna hi imprezzabbli u jkun qed isir dak kollu possibbli biex nipproteġuha.

Il-liġi tipprovdi biex, f’każ li persuna tgħin persuna oħra li tkun tinsab f’periklu imminenti u ċar, min jgħin jingħatalu l-immunità minn responsabbiltà ċivili u kriminali. Madankollu, il-liġi xorta mhix se tneħħi l-piż f’każ ta’ negliġenza meta tingħata l-għajnuna.

Id-Deputat Claudio Grech esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-approvazzjoni ta’ din il-liġi u qal li l-Oppożizzjoni tilqa’ l-appoġġ tal-Gvern għal din il-liġi hekk kif sabet l-appoġġ sħiħ taż-żewġ naħat.

Qal li b’mod partikolari l-Oppożizzjoni tirrikonoxxi l-kollaborazzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis li wera interess f’dan l-abbozz u appoġġjah biex issa qed isir parti mil-liġijiet tagħna.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fi stqarrija, il-MAM qalet li se twaqqaf id-direttivi għal ġimgħa min-nhar is-Sibt bit-tama li l-gvern jieħu azzjoni deċiżiva fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna. L-assoċjazzjoni qalet ukoll li l-Gvern għandu jgħaraf l-iżbalji…

Kronaka

Raġel ta’ 20 sena mill-Imtarfa ġarrab ġrieħi gravi u ieħor ta’ 21 sena mill-Imtarfa wkoll ġarrab ġrieħi ħfief wara argument li seħħ ilbieraħ fil-ħdax u nofs ta’ bil-lejl fil-Belt Valletta….

COVID-19

Ftit aktar minn 100 persuna ġew immultati talli fl-aħħar ġimgħa nqabdu mingħajr maskra f’ħames postijiet fejn hu obbligat li tintlibes fosthom fuq tal-linja u fil-ħwienet. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-maskra…

Aktar