Lokali
Jidħol għall-ewwel darba f’Malta wieħed mill-ikbar cruise liners b’bandiera Maltija

Ma’ sbieħ il-jum fil-Port il-Kbir daħal il-cruise liner l-ġdid tal-MSC Seaview fl-ewwel vjaġġ tiegħu lejn Malta. L-MSC Seaviews, l-aktar vapur lussuż tal-flotta tal-kumpanija ġie reġistrat f’Malta wara li ġie inawgurat mill-attriċi Sophia Loren. Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-kumpanija Pierfrancesco Vago qal li l-MSC ser tvara vapur kull sena fid-disa’ snin li ġejjin u kollha ser jiġu reġistrati taħt il-bandiera Maltija.

Il-Port il-Kbir laqa’ l-MSC Seaview, it-tielet cruise liner tal-kumpanija MSC li beda jtajjar il-bandiera Maltija.

Fi tlieta u għoxrin waqfa li ser jagħmel f’Malta bejn Ġunju u Novembru ta’ din is-sena, il-cruise liner li jista’ jġorr sa 5,300 passiġġier mistenni jġib f’Malta mal-mija u għoxrin elf passiġġier.

Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-MSC Cruises, Pierfrancesco Vago, qal li huwa unur li vapur ieħor se jkun irreġistrat f’Malta,

Pierfrancesco Vago qal li “Malta understands shipping very well, and the authority and the government understands what shipping is all about so we have a lot of common interest together to ensure that we can bring this blue economy to grow in Malta because this creates jobs, real economy, tangible results that gives salaries at the end of the month”.

Iċ-Ċermen Eżekuttiv qal li fl-2018 il-vapuri tal-MSC Cruises ser jiġu Malta 75 darba bi tliet mitt elf passiġġier.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-importanza li t-turiżmu jkun diversifikat b’servizzi varji. Huwa qal li r-reġjun tal-Mediterran joffri potenzjal biex il-passiġġieri tal-cruise liners jiżdiedu b’dan ikun rifless fir-rekord ta’ passiġġieri li daħlu Malta s-sena li għaddiet.

Il-Prim Ministru qal li Malta kburija b’din il-kollaborazzjoni mal-MSC. Qal li minkejja kollox, iż-żjara tal-MSC Seaview ġiet f’perjodu importanti li jixhed ir-relazzjoni speċjali li hemm bejn Malta u l-Italja.

Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li għaddejja diskussjoni mal-Ministeru tal-Infrastruttura u l-Valletta Cruise Port biex tissaħħaħ l-infrasttruttura madwar il-port.

Is-sena li għaddiet, l-kumpanija MSC Cruises, ġabet mitejn u sebgħin elf passiġġier lejn Malta, prattikament terz tal-passiġġieri li ġew Malta bil-cruise liners.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Matul il-lejl, grupp ta’ 61 immigrant mistennija jiddaħħlu Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma. Stqarrija tal-Forzi Armarti qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni tas-salvataġġ Maltiillum tard waranofsinhar kien…

Infrastruttura

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont…

Ambjent

Wara li f’lejlet Santa Marija nirien ħakmu l-Maqluba fil-Qrendi u għal diversi jiem ma kinux ntfew għalkollox, l-espert fil-biodiversità, Alfred Baldacchino, qal li l-ħsara li saret m’hijiex biss fis-siġar li…

Aktar