Kronaka
Jidħol jisraq minn ħanut f’Tas-Sliema

Raġel b’wiċċu mogħti b’maktur u armat b’arma li taqta’ u bil-ponta daħal jisraq f’ħanut f’Tas-Sliema.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9pm fi Triq l-Imrabat.

Huwa daħal fil-ħanut u talab lill-impjegati – mara ta’ 56 sena u mara ta’ 36 sena, sabiex jagħtuh il-flus. Hekk kif ħa l-flus, il-ħalliel minnufih ħarab minn fuq il-post.
Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan u mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.

Aħbarijiet Oħra
Trasport

F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni dwar trasport sostenibli fil-Belt Valletta. Dr Borg qal li fid-dawl taż-żieda fl-attività ekonomika, kulturali u…

Politika

Fil-jiem li ġejjin ser jiġi preżentat fil-Kabinett tal-Ministri abbozz ta’ liġi ġdid rigward il-koabitazzjoni. Dan ħabbru l-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Edward Zammit Lewis, li ltaqa’ għall-ewwel darba b’mod formali…

Annimali

Ġiet konfermata s-sentenza fil-konfront tal-kuntrattur Charles Polidano, li lliberatu minn inċident li seħħ fil-Park tal-Annimali f’Montekristo, fejn tifel ta’ ħames snin ġie attakkat minn tigra. Din is-sentenza ġie ikkonfermata mill-Qorti…

Aktar