Kronaka
Jidħol jisraq minn restaurant fil-Fgura

Restaurant fil-Fgura kien fil-mira ta’ serqa matul dal-lejl.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-00.45am fi Vjal il-Kottoner meta raġel armat b’arma li taqta’ u bil-ponta daħal fl-istabbiliment u seraq ammont ta’ flus kontanti u cheque minn ġol-cash register. Hekk kif ħa l-flus u cheque, il-ħalliel minnufih ħarab minn fuq il-post.

Waqt is-serqa kien hemm sid ir-restaurant, raġel ta’ 68 sena resident il-Fgura stess.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-ftehim korrott li l-Gvern għamel ma’ Vitals u Steward Healthcare fisser li l-pajjiż rema €240 miljun u issa jrid jonfoq iżjed biex jindirizza…

Ambjent

Madwar id-dinja kollha, qed tiġi promossa l-Earth Hour – siegħa mingħajr l-użu tal-elettriku, bil-għan li nagħtu xi ħaġa lura lill-ambjent ta’ madwarna. L-Għaqda Mhux Governattiva, Żibel, f’messaġġ fuq il-midja soċjali…

COVID-19

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (l-WHO) faħħret lil Malta għall-mod kif qed taħdem fil-ġlieda tagħha konta l-COVID-19. Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Għawdex li…

Press Briefings

Wara li fl-aħħar jumejn, f’Malta ġew konfermati ħames każi kuljum, fil-jum tas-Sibt il-każi irduppjaw u f’jum wieħed l-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw għaxar każi minn kważi ħames mitt swab li saru fit-tliet…

Aktar