Lokali
Jidħol Malta jott b’ekwipaġġ kollu nisa b’missjoni partikolari

Fl-isfond ta’ xena mill-isbaħ tal-Port il-Kbir fi nżul ix-xemx, daħal għal żjara qasira l-jott Maiden. Il-jott b’nisa biss abbord, qed idur id-dinja bit-tir li jqajjem għarfien favur l-edukazzjoni għan-nisa u l-bniet. Fl-għabex tal-Ħamis, daħal Malta l-jott Maiden li qed jagħmel tour madwar id-dinja li mistenni jieħu sentejn. Abbord ħames nisa.

Għall-iskipper tal-jott Nikki Henderson, Ingliża li għad għandha 25 sena, l-idea li l-ibburdjar huwa assoċjat aktar mal-irġiel qed tinbidel.

Nikki Henderson qalet “yes physical strength is important, but there is actually no reason why women, who are very fit and work hard and goes to the gym, cannot be as strong as men.”

Fl-1990, dan l-istess jott, b’ekwipaġġ kollu nisa kien ħalla lid-dinja ħalqha miftuħ meta fit-tellieqa tal-ibburdjar li ssir kull tlett snin, il- Whitbread Round the World, ikklassifika fit-tieni post.

Issa, il-jott, b’ħames nisa abbord, qed jerġa’ jdur id-dinja biex iwassal messaġġ favur l-edukazzjoni tan-nisa u l-bniet.

Nikki Henderson qalet “the idea of the tour is to use this iconic boat Maiden who back in its day was the first boat to carry the first all female round the world race team and now we are bringing it back to life and sailing around the world again, promote girls getting an education and female empowerment.”

Tfajliet Maltin li jattendu klabbs tal-ibburdjar, ħatfu l-opportunita’ u segwew mill-qrib lil dawn il-ħames nisa deħlin abbord il-Maiden fil-Port il-Kbir.

Emma Gatt qalet “hu fatt sabiħ ħafna għax turi li n-nisa daqs l-irġiel huma kapaċi biex jagħmlu daqshom. Hija xi ħaġa sabiħa għax tagħtini naqra ispirazzjoni biex inkompli naħdem u forsi xi darba jien inkun waħda mill-crew, xi ħaġa vera tajba, nammirha.”

L-għaqdiet Jarhead Young Sailors u l-fondazzjoni Olwyn li jaħdmu favur l-edukazzjoni fost it-tfal u ż-żgħażagħ kienu strumentali biex il-jott Maiden seta’ jinkludi lil Malta f’dan it-tour li beda xahar ilu minn Southampton.

Il-jott Maiden se jibqa’ sorġut fil-Birgu biex jumejn fuq il-Milied ikompli bil-vjaġġ lejn Kerala fl-Indja. Fil-ġimagħtejn li se jagħmlu Malta, il-ħames nisa se jiltaqgħu ma’ diversi għaqdiet biex ikomplu jwasslu l-messaġġ li “Kollox huwa Possibbli”.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-maħżen tal-Knisja tal-Imġarr ilbieraħ laqa’ attività mhux tas-soltu. Seba’ rġiel poġġew ma’ mejda bil-għan li jiksru rekord nazzjonali biċ-‘chicken nuggets.’ Din l-isfida saret waqt il-maratona tas-soċjetà filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema,…

Kultura

Fis-sentejn li għamlu Malta, il-Franċiżi ħallew timbru li għadu magħna sal-lum. Ħames xhur wara li Malta saret membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija, komplew l-attivitajiet biex ifakkru l-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija, f’pajjiżi li…

Kronaka

Rumen ta’ 30 sena darab ġrieħi gravi wara li l-forklifter li kien riekeb fuqu nqaleb. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23:15 ġewwa t-Tarzna fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid. Il-forklifter kien misjuq…

Aktar