Saħħa
Jieħdu d-droga għall-pjaċir u jispiċċaw l-emerġenza

L-ispeċjalista dwar il-mediċina għall-emerġenza Dr Jeffrey Bonnici qal li mill-2016 ‘l hawn beda jiżdied l-ammont ta’ persuni li jidħlu l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei wara li jkunu ħadu d-droga biex jieħdu pjaċir, b’mod partikolari l-kokaina u l-kannabis sintetika.

Dr Bonnici, li qed iwettaq studju f’Malta dwar il-persuni li jieħdu droga għall-pjaċir u jispiċċaw l-Emerġenza bħala parti minn riċerka Ewropea, qal li bejn l-2010 u l-2015 l-ammont kien stabbli.  Intervistat f’TVAM, l-ispeċjalista qal li fl-2016 kien hemm qabża sostanzjali ta’ 218-il persuna li ħadu drogi biex jieħdu pjaċir u minflok spiċċaw l-Emerġenza, mentri fl-2017 l-ammont kien ta’ 369 persuna.

Sa Settembru ta’ din is-sena, Dr Bonnici qal li ċ-ċifra tas-sena l-oħra diġà ntlaħqet, bl-iktar perjodu meta jkun hemm żieda jkunu fix-xhur tas-Sajf, kif ukoll f’Mejju u Novembru.  Mill-istatistika li qed jiġbor Dr Bonnici jirriżulta li l-età medja tal-persuni li jidħlu l-isptar minħabba d-droga għall-pjaċir hija ta’ bejn 31 u 32 sena.

Tista’ terġa’ ssegwi TVAM tal-lum fuq TVMi – TVAM jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq TVM u TVMi mis-7am sad-9am.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar