Barranin
Jieħdu ftit ruħ bil-liġi l-ġdida

Il-Greċja bdiet tipprojbixxi  dawk it-turisti li għandhom piż żejjed milli jirkbu l-ħmir f’Santorini.

It-trasport tradizzjonali ta’ Santorini se jieħu ftit tar-ruħ wara li s-sidien tal-ħmir ressqu l-ilmenti tagħhom.

It-turisti li jżuru l-gżira popolari ta’ Santorini jitilgħu sal-quċċata tal-gżira riekbin fuq il-ħmir biex jiffrankaw it-telgħat qawwija.

Il-kumdità tat-turisti qed isir għad-detriment ta’ saħħet il-ħmir, bis-sidien tagħhom jirrappurtaw li qed issirilhom ħsara kbira fis-sinsla ta’ daharhom.

Għalhekk, ġie deċiż li kull min għandu piż żejjed ma jistax jirkeb il-ħmir.

Minn issa ‘l quddiem, kull min jaqbeż il-100kg irid jara kif se jagħmel biex jasal sal-qalba tal-gżira.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Is-salluri fix-xmara Thames qed jispiċċaw hyperactive minħabba li l-ilma huwa kkontaminat b’livell għoli ta’ kokaina. Skont riċerka ġdida li saret f’Londra qed tiġi kkunsmata ħafna d-droga kuljum li qed tħalli…

Barranin

Il-kantant Amerikan Chris Brown inħeles mill-arrest wara li kien arrestat fuq akkużi ta’ stupru. Huwa ġie arrestat f’Pariġi wara li tfajla ta’ 24 sena allegat li l-kantant kien stupraha. Flimkien…

Brexit

L-ex-Minsitru George Osborne qal li l-aħjar għażla għar-Renju Unit fil-mument hija li jkun pospost il-ħrug tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Qal li bħalissa l-għażla hija bejn ħruġ mingħajr ftehim jew ma…

Barranin

Tħabbru n-nomini għall-Oscars ta’ din is-sena. Bl-akbar ammont ta’ nomini, għaxra kull wieħed… il-films “Roma” u “The Favourite”, segwiti minn “A Star is Born” u “Vice” b’nominazzjonijiet fi tmien kategoriji….

Aktar