Kurżitajiet
Jieħu stessu u jqajjem rabja kbira fost it-Taljani

Filwaqt li Katanja kienet taħt stat ta’ emerġenza bit-terremot li laqat iż-żona, il-Ministru tal-Intern Taljan ħass il-ħtieġa li jtella’ ritratt tiegħu jiekol biċċa ħobż bin-nutella.

Is-stessu li tella’ Matteo Salvini fuq il-midja soċjali qajjem furur sħiħ fost it-Taljani għaliex, fi kliemhom, il-Ministru tal-Intern naqas milli juri soledarjetà mal-vittmi tat-terremot u minflok għażel li jinjora x’kien qed jiġri fi Sqallija u jkompli jgawdi l-kolazzjon fil-festa ta’ San Stiefnu.

Mas-600 persuna spiċċaw bla saqaf fuq rashom bil-ħsarat li kkawża t-terremot filwaqt li 28 persuna jinsabu midruba.

Wara l-kritika kollha li rċieva, Matteo Salvini fuq il-midja soċjali rringrazzja lill-uffiċjali tal-protezzjoni ċivili u l-pulizija li ħadmu qatigħ biex jgħinu lill-vittmi tat-terremot.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

X’se jsemmuha lit-tarbija l-Prinċep Harry u martu Meghan?  L-ex attriċi tinsab lejn l-aħħar tat-tqala u l-kumpaniji tal-imħatri bħalissa għaddejjin b’furur dwar l-isem, is-sess, il-piż, id-data u l-post fejn se titwieled…

Kurżitajiet

Stephen Mckears, penzjonant Ingliż ta’ 72 sena kien inkwetat ferm meta beda jinduna li xi ħadd kien qed jidħollu mal-lejl u jiżbarazzalu l-viti, l-iskorfini u bċejjeċ żgħar tal-metall u l-plastik…

Kurżitajiet

Skont is-CNN, Malta hija fost l-aqwa pajjiżi minn madwar id-dinja kollha li għandek iżżur waqt ir-rebbiegħa. L-artiklu jgħid li wieħed jista’ jgawdi lil Malta aħjar fir-rebbiegħa b’temperaturi sħan u l-biċċa…

Aktar