“Jien ma naħdimx” tirbaħ l-Għanja tal-Poplu

Ix-xogħol imprezzabbli li tagħmel il-mara tad-dar għall-ġid tas-soċjetà huwa t-tema tal-kanzunetta rebbieħa tat-38 edizzjoni tal-Festival l-Għanja tal-Poplu.

Il-kanzunetta intitolata b’mod sarkastiku ‘Jien ma naħdimx’ inkitbet minn Rita Pace u Mark Scicluna. Il-kantanta żagħżugħa Karen Debattista tat il-ħajja lil-lirika li għandha messaġġ, ferm attwali, biex is-soċjetà ma tibqax tħares lejn il-mara tad-dar bħallikieku qed taħrab mix-xogħol iżda tapprezza li l-mara tad-dar speċjalment meta qed trabbi l-ulied tkun għaddejja bix- xogħol 24 siegħa kuljum.

Ma’ tvm.com.mt Karen Debattista qalet li din hija l-ewwel darba li Karen kantant bħala solista fil-Festival l-Għanja tal-Poplu minkejja li diġà ħadet sehem f’żewġ festivals oħra, il-Malta Summer Hit Song u Konkors Kanzunetta Indipendenza b’kanzunetti oriġinali intitolati Memoirs u Riflessi.

Fl-2012, Karen kienet backing vocalist fil-kanzunetta ta’ Francesca Borg. Meta kienet aktar żgħira kienet parti  mill-kor fil-kunċert ta’ Joseph Calleja.

Karen bdiet tistudja l-pjanu minn età żgħira u tliet snin ilu bdiet tistudja l-kant fuq livell professjonali.

Fil-kanzunetta rebbieħa fil-Festival tal-Għanja tal-Poplu, Karen Debattista kienet akkumpanjata fuq il-pjanu minn Claudio Theuma Castelletti.

Għal din l-edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu kien hemm 71 sottomissjoni li minnhom intgħażlu 16. Is-serata finali saret fit-Teatru Sir Temi Zammit fl-Università.

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Bejn nofs l-2018 u nofs is-sena li għaddiet, l-Aġenzija tal-programm ta’ ċittadinaza b’investiment irċeviet 311-il applikazzjoni, dsatax inqas mill-istess perjodu s-sena ta’ qabel, b’żidiet fl-applikazzonijiet mill-Ażja u l-Ewropa. Mindu beda l-programm,…

Trasport

Il-Malta Public Transport nidiet l-ewwel karozza tal-linja li taħdem 100% bl-elettriku fi proġett pilota biex tistudja l-possibiltà li vetturi ta’ dan it-tip jibdew ikunu parti mill-flotta. Konrad Pule mill-Malta Public…

Qorti

Impjegat f’garaxx tal-VRT spiċċa bil-liċenzja sospiża għal għaxar snin wara li ċċertifika karozza li sippost m’għaddietx mit-test. Michael Anthony Cahill miż-Żurrieq, impjegat f’garaxx tal-VRT f’Ħal Luqa, instab ħati li aċċetta…

Qorti

Alistair Camilleri ta’ 39 sena mill-Marsa baqa’ miżmum arrestat wara li tressaq akkużat b’sensiela ta’ hold-holdups iktar kmieni dan ix-xahar. Camilleri m’ammettiex l-akkużi kontrih. Hu ġie arrestat mill-Pulizija ta’ Kontra…

Aktar