Politika
“Jien wieħed li ma vvutajtx lil Adrian Delia” – Robert Arrigo

Fl-isfond tat-turbulenzi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, id-deputat Robert Arrigo, żvela kif hu kien wieħed minn dawk li ħadmu kontra l-kandidatura ta’ Adrian Delia għal Kap tal-PN.

Is-Sur Arrigo, li ftit tal-jiem ilu rriżenja mill-kariga tiegħu ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, qal dan quddiem il-bini tal-Parlament meta mistoqsi minn Dissett dwar id-deputati Nazzjonalisti li jridu jneħħu lil Dr Delia minn Kap.

Is-Sur Arrigo tkellem b’mod skjett, u qal li huwa kien wieħed minn dawk li ma vvutax lil Adrian Delia, tant li organizza trasport għal madwar 400 ruħ biex jivvutaw lil ħaddieħor.

“Imma l-irġulija tgħidlek li la hemm kap, dak hu l-kap,” temm jgħid is-Sur Arrigo.

Ara wkoll:

ARA: Dr Delia jgħid li mhu se jħalli lil ħadd jagħmel iktar ħsara lill-PN

Aħbarijiet Oħra

Min jitlef kartiera bil-flus fiha, normalent iroddilha salib, għax spiss jispiċċa ma jarahiex iktar, inkella tasal lura mbattla mill-flus. Ikun hemm ukoll, iżda, każijiet fejn il-kartiera tinstab minn ruħ tajba,…

Bjorn Formosa qal li lanqas irid jemmen li wasal il-jum li fih għandha tagħti l-frott il-ħidma intensiva tal-aħħar xhur billi jinġabru fondi għal Dar Bjorn ikbar. Tard ilbieraħ Bjorn għamel…

Dokumentarju ta’ Television Malta tefa’ dawl ġdid fuq kif mijiet ta’ eks tarznari kienu esposti għall-asbetos u żviluppaw kumplikazzjonijiet mediċi fosthom kanċer tar-rita tal-pulmun. Ħaddiema rrakuntaw li min fittex lill-kumpaniji…

Aktar