Mużika
“Jiena 100% Taljan ” – Mahmood iwieġeb lil Salvini

Il-kantant rebbieħ tad-69 edizzjoni tal-Festival ta’ San Remo 2019 Mahmood qal li huwa mija fil-mija Taljan.

Mahmood qal dan f’intervista fuq il-media Taljana bi tweġiba għar-reazzjoni tad-Deputat Prim Ministru Matteo Salvini li malli tħabbar ir-riżultat ta’ San Remo fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu ħareġ tweet li fiha esprima diżappunt għall-kanzunetta ‘Soldi’ li rebħet dan il-festival tant prestiġġjuż fl-Italja.

Imwieled l-Italja, minn omm Taljana u missier Eġizzjan, u mrobbi f’Milan, Mahmood li għandu 27 sena qal li ddedika r-rebħa tiegħu lil ommu u lil dawk kollha li dejjem tawh appoġġ f’ħajtu.

Mahmood qal li l-kanzunetta titratta l-problema biex wieħed ifendi f’din id-dinja, mhux f’dak li għandu x’jaqsam mal-flus biss, iżda wkoll mad-diffikultajiet li jiffaċċjaw il-familji u r-relazzjonijiet sentimentali ta’ bejniethom.  Jidher li l-kanzunetta nibtet waqt li Mahmood ħareġ ma’ sħabu, u tnebbaħ minnha waqt logħba li kienu qed jilagħbu.

F’Marzu, il-kantant se joħroġ l-ewwel single tiegħu, iżda prijorità oħra li għandu f’ħajtu bħalissa Mahmood hija l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Eurovision Song Contest li se jsir f’Iżrael f’Mejju li ġej.

Ara wkoll:

Salvini ma jiħux gost bir-rebbieħ ta’ Sanremo

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Ukrajna, il-Partit tal-President Volodymyr Zelensky mistenni jirbaħ elezzjoni bikrija u jsaħħaħ il-qawwa politika tiegħu. L-exit polls qed juru li l-partit tiegħu se jikseb maġġoranza parlamentari iżda se jkollu bżonn ta’…

Barranin

Ixxandar recording ta’ konverżazzjoni bejn frejgata tar-Royal Navy Ingliża u bastimenti tal-forzi armati Iranjani, mumenti qabel it-tanker taż-żejt Ingliż inħataf fil-Golf nhar il-Ġimgħa. Fir-recording, bastiment Iranjan jgħid lil HMS Montrose…

Aktar