Televiżjoni u Radju
Jieqaf il-ġbid ta’ “L-Għarusa” kawża tal-Covid-19

Sa issa, kollox kien miexi ħarir. Ilbieraħ filgħaxija, bħal kull nhar ta’ Tlieta, ixxandar episodju ieħor ta’ “L-Għarusa”. F’liema episodju, fost l-oħrajn, it-telespettaturi ta’ Television Malta saru jafu li Amelia u Diego huma aħwa, u li aktarx li kienu jikkorrispondu ma’ xulxin.

Madanakollu, kmieni dalgħodu, il-kumpanija Sharp Shoot Media Ltd. ħarġet stqarrija fejn qalet li t-tixrid tal-Covid-19 ġabha xi ftit jew wisq daharha mal-ħajt, hekk kif iċ-ċirkostanzi tal-mument ma jippermettux sabiex ikompli l-ġbid tat-teledramm tant għal qalb il-Maltin u l-Għawdxin. Għaldaqstant, dawk involuti fil-produzzjoni, qablu li l-aħħar tliet episodji m’għandhomx isiru għalissa.

F’dan l-isfond, il-kumpanija stqarret li l-għan ewlieni tagħha huwa li tipproteġi lil kull min għandu sehem fil-produzzjoni, u li għaldaqstant jidhrilha li dan il-pass għaqli ttieħed għall-ġid ta’ kulħadd.

Il-kumpanija żiedet tgħid li l-ġimgħa d-dieħla ser jixxandar programm speċjali minn wara l-kwinti.

Avviż Importanti dwar L-Għarusa – Sharp Shoot Media Ltd.

Gepostet von L-Għarusa am Mittwoch, 18. März 2020

Intant, jekk f’dawn il-jiem tixtieq terġa’ tara wħud mill-episodji ta’ “L-Għarusa”, l-ewwel żewġ staġuni tat-teledramm jinsabu on demand hawnhekk.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

COVID-19

Analiżi xjentifika mill-istatistiku Dr Vincent Marmara tal-każi tal-coronavirus fil-kuntest tal-miżuri meħuda mill-awtoriajiet tas-saħħa Maltin, tagħti stampa inkoraġġanti għax ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tbaxxiet. Iżda, Dr Marmara wissa’ li…

Aktar