Lokali
Jieqaf it-televoting … min għadda s’issa?

L-ewwel televoting intemm biex issa nafu min huma dawk li nqalgħu: Kelsey Bellante u Ben Purplle.

L-ewwel kategorija li postha hu sigur hija dik tas-subien.

Il-pubbliku jista’ jerġa’ jibda jivvota għall-aħħar 6 finalisti, fejn issa tnejn minnhom se jinqalgħu.

Kull kantant se jkanta diska ġdida. It-televoting se jiddetermina l-ewwel 3 finalisti. Il-kantant/a li jġib lanqas voti se jiġi eliminat filwaqt li min jiġi fir-raba’ u l-ħames post se jkollu jafda lilu nnifsu f’idejn il-ġurija. Hekk kif il-ġurija se tiddeċiedi min se jgħaddi bejn min ġie fir-raba’ u l-ħames post.

Dawn huma n-numri tat-televoting skont il-kantant/a:

Owen Leuellen – 50614401

Nicole Frendo – 50614403

Norbert – 50614404

Michela Pace – 50614405

Luke Chappell – 50614406

Petra – 50614408

Fl-aħħar mill-aħħar għall-finali tas-Sibt li ġej se jkun hemm erba’ finalisti.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

W’Oz hija l-produzzjoni teatrali annwali tal-Junior College mżewqa b’kant, reċtar u żfin, għal tmiem din il-ġimgħa fit-teatru tal-kulleġġ fl-Imsida. Is-soirée W’Oz! huwa bbażat fuq il-ktieb li jirrakkonta l-istorja ta’ Dorothy…

Kronaka

Sid ta’ dar flimkien mal-annimali domestiċi tiegħu nħarġu mid-dar wara li żviluppa nar fil-garaxx tar-residenza fi Triq il-Ħida San Ġwann. Jirriżulta li n-nar beda għall-ħabta tal-9.45pm tal-bieraħ filgħaxija u oriġina…

Kronaka

Żvediż ta’ 22 sena residenti Tas-Sliema ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.30am fi Triq Depiro Tas-Sliema stess. Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija irriżulta li…

Lokali

Tħabbret il-mewt tal-Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici, magħruf bħala Ġoġo. Hu miet fl-età ta’ 89 sena. Il-Prim Imħallef Emeritu Mifsud Bonnici kien twieled Bormla. Fl-1988 nħatar imħallef u fl-1990…

Aktar