Ikel
Jiffangaw fl-ikel biex jevitaw li jidħlu fis-servizz militari

12-il student tal-mużika f’Seoul, il-belt kapitali tal-Korea t’Isfel, bdew jieklu u jiffangaw fil-pizza u l-burgers biex jevitaw li jmorru fis-servizz militari.

B’kollox huma kienu jieklu l-pizza u l-burgers ħames darbiet kuljum.

L-awtoritajiet qalu li t-12-ir raġel li provaw jisgiċċaw il-programm mandatorju bagħtu lil xulxin fuq online chat strateġija ta’ kif jistgħu jżidu l-piż.

Fil-Korea t’Isfel l-irġiel huma obbligati li jservu sentejn fil-militar qabel ma jagħlqu 28 sena u jridu jgħaddu minn test tal-fitness qabel.

Uffiċċjali tal-Militar qalu li dawn l-irġiel ippjanaw li jżidu l-piż biex jeħlu u ma jintgħażlux għall-militar. Wieħed minnhom żied 30 kilo f’sitt xhur.

Jekk jinstabu ħatja huma jkunu obbligati li jservu sentejn żejda fis-servizz.