Edukazzjoni
Jifirħu kif jistgħu – iċ-ċkejknin tal-primarja tal-Għarb jiċċelebraw tmiem is-sena skolastika onlajn

Wara għadd ta’ xhur u snin isaħħnu l-bankijiet tal-iskola maġenb xulxin, f’dawn l-aħħar jiem għadd ta’ ċkejknin tal-iskola primarja tal-Għarb għadhom kif temmew b’suċċess il-Year 6 kif ukoll l-aħħar sena tal-kindergarten.

Liema mument, x’aktarx li se jibqa’ mnaqqax f’qalbhom iżda li frott il-mument straordinarju li lkoll għaddejna minnu ma setgħux jiċċelebrawh bis-sħiħ.

F’dan l-isfond, l-istaff tal-primarja tal-Għarb id f’id mal-istudenti u l-familji tagħhom fasslu tliet filmati mill-aktar ħelwin bil-għan li jiċċelebraw kif jistgħu tmiem esperjenza skolastika liema bħalha.

Ilkoll, viżibbilment fis-seba’ sema, bi ħġarhom biex ikomplu joħolmu u jaħdmu qatigħ biex fil-futur qarib jilħqu l-ambizzjonijiet tagħhom.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema u lse’s bi preparamenti għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici qal li filwaqt li l-Gvern huwa kommess li…

Kurżitajiet

Spiss, dak li jkun ikollu ruxmata ħsibijiet fuq moħħu. Il-ħajja donnha saret mgħaġġla wisq. Kultant, taljena rasek daqs tazz’ilma. Fost l-oħrajn, mhux l-ewwel darba li dak li jkun ikollu seba’…

Lokali

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, f’Malta ngħataw 1,200 isem differenti lil aktar minn 2,200 tarbija li twieldu f’dan il-perjodu. L-aktar popolari: Noah u Emma. Ir-Reġistru Pubbliku hu marbut ma’…

Barranin

Xandira diretta tar-tbassir tat-temp tal-BBC kienet iktar umoristika minn kemm il-produttur kien qed jimmira għaliha. Tifel ta’ madwar 10 snin intefa’ fl-isfond waqt li x-xandara Jen Bartram kienet qed tagħmel…

Aktar