Lokali
Jiftaħ il-bibien it-tielet ċentru ta’ servizz.gov

Mil-lum iċ-ċentru speċjalizzat tat-tassazzjoni bl-isem ta’ Taxpayer Service servizz.gov fetaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku wara xogħol strutturali li sar f’dawn l-aħħar xhur.

Iċ-ċentru, l-istess post li fih iċ-ċittadin kien jinqeda f’affarijiet relatati mat-taxxa fil-Furjana, ingħata dehra ġdida u b’hekk sar it-tielet ċentru speċjalizzat ta’ servizz.gov. Minn dan iċ-ċentru, iċ-ċittadin jista’ jinqeda b’mod mill-aktar professjonali minn persuni fil-qasam tat-taxxa u minn oħrajn dwar servizzi governattivi oħra.

Fi stqarrija maħruga mill-Ministeru għall-Finanzi u l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni ntqal li l-kunċett taċ-ċentri speċjalizzati hu li ċ-ċittadin jingħata servizz mill-aktar effiċjenti u komdu taħt saqaf wieħed. Fil-ġimgħat li għaddew infetħu żewġ ċentri speċjalizzati oħra, dak ta’ edu servizz.gov u Ċentru Servizz Familja servizz.gov, b’dan tal-ewwel jiffoka fuq servizzi edukattivi filwaqt li l-ieħor jiffoka fuq servizzi relatati mal-familja.

Bil-għan li l-pubbliku jinqeda aħjar, iċ-ċentru speċjalizzat tat-tassazzjoni se jkun qed jopera b’ħinijiet ġodda. Dan ifisser li se jkun miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn sas-Sibt mit-tmienja ta’ filgħodu sas-siegħa ta’ waranofsinhar, u l-Erbgħa filgħaxija mill-erbgħa u nofs sas-sebgħa.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sirjan ta’ 25 sena sofra ġrieħi gravi wara li sofra xi ħruq ikkawżati minn fjamma li ħarġet huwa u jbiddel ċilindru tal-gass. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:20 fi Triq is-Sibbien f’Marsaskala,…

Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Aktar