Agrikultura
Jiftaħ l-istaġun tal-qtugħ tal-għeneb għall-għasir

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet.

Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour Debono Grech qal li l-Gvern qiegħed joffri inċentivi lill-bdiewa li għandhom art li tista’ tinħadem għad-dwieli, biex l-industrija tal-inbid Malti tkompli żżid fil-produzzjoni.

800 bidwi madwar Malta u Għawdex bdew jaqtgħu d-dwieli biex l-għeneb li kkultivaw jiġi masur f’inbid Malti, b’90 fil-mija minnu klassifikat bħala inbid ta’ kwalita iċċertifikat DOK jew IĠT.

Karl Chetcuti, wieħed mit-tnax il-produttur ta’ nbid Malti qal li l-vendemja ta’ din is-sena tidher li ser tkun waħda tajba.

“Il-yield jidher li hemm xi varjetajiet li ser ikunu ftit inqas mis-sena l-oħra waqt li xi varjetajiet jibqgħu l-istess.”

Is-sur Chetcuti qal li x-xogħol għall-għassara jibda minnufih biex il-fermentazzjoni tiġi kkontrollata u tigi accertata l-għola kwalità.

Waqt li fetaħ l-istaġun tal-ħsad tal-għeneb, il-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo qal l-industrija għandha tkompli tinvesti fir-riċerka biex itejjeb il-kwalità tal-inbid Malti kif ukoll il-kwantita ta’ inbid li tipproduċi.

Il-Ministru Refalo qal li minħabba l-limitazzjonijiet ta’ art fil-gżejjer Maltin, il-Ministeru qiegħed iħares lejn soluzzjonijiet biex tiżdied l-art agrikola.

“Qegħdin naraw kif pajjiżi oħra bħal Hong Kong, kif huma jagħrfu kif mill-ftit spazzju li għandhom huma jistgħu jkabbru l-ispazju li tagħhom, allura rridu nimxu b’mod vertikali u ma nifirxux iktar. U dik hija s-sengħa u l-innovazzjoni li jrid jitgħallem il-bidwi f’dan is-settur.”

Saviour Debono Grech mid-Dipartiment tal-Agrikoltura, qal li l-Gvern qiegħed joffri pariri u incentivi lil bdiewa biex l-industrija tal-produzzjoni tal-inbid Maltija tkompli tissaħħaħ.

 

Aħbarijiet Oħra

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti u Festivals Malta ħadu d-deċiżjoni sabiex l-14-il edizzjoni ta’ Notte Bianca tiġi mibdula f’attivitajiet distinti u separati mifruxa fuq…

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li anzjana ta’ 91 sena mietet waqt li kienet għadha każ attiv bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-26 ta’ Awwissu u ddaħħlet l-isptar Mater Dei fis-6…

Studju maħruġ minn diversi esperti Maltin fil-qasam tas-saħħa fosthom il-Professur Charmaine Gauci, jgħid li Malta qed tesperjenza t-tieni mewġa ta’ Covid-19 kawża ta’ żewġ avvenimenti tal-massa li saru fis-sajf. Fl-istudju…

Aktar