Lokali
Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-Malta Eurovision Song Contest 2022 – lura wara nuqqas ta’ sentejn

Wara nuqqas ta’ sentejn, il-Public Broadcasting Services ħabbret li se tkun qed ittella’ l-Malta Eurovision Song Contest 2022.

Ir-rebbieħ/a ta’ dan il-festival prestiġġjuż se jirrappreżenta lil Malta fl-edizzjoni li jmiss tal-Eurovision Song Contest li se jittella’ fil-belt ta’ Turin, fl-Italja.

tvm.com.mt jinsab informat li fis-semifinali se jieħdu sehem 22 kanzunetta li jinżlu għal 16-il kanzunetta fil-finali tal-MESC 2022.

L-applikazzjonijiet għal Malta Eurovision Song Contest 2022 se jiftħu llum 15 ta’ Ottubru u jagħlqu fil-15 ta’ Diċembru 2021.

L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu fuq il-paġna tvm.mt/maltaeurovision