Edukazzjoni
Jiftħu l-applikazzjonijiet għal 400 kors tat-tagħlim tal-adulti

Waqt li l-iskejjel waqfu għal btajjel tas-sajf, id-Direttorat tal-Edukazzjoni tul il-ħajja ser jibda jilqa’ l-applikazzjoni għas-sena skolastika li jmiss meta ser joffri 400 kors tat-tagħlim għall-adulti.

Mill-Ħamis se jibdew jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għall-korsijiet tat-tagħlim tul il-ħajja. Id-Direttur tar-Riċerka u t-Tagħlim tul il-Ħajja, Alexander Farrugia, qal li ser jkunu offruti 400 kors b’90 suġġett differenti. Spjega li l-korsijiet se jsiru fi tmien ċentri u għalihom id-Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja ħadem ma’ 17-il għaqda mhux governattiva.

Is-sur Farrugia qal li 40% tal-korsijiet huma fil-lingwi, u 21% huma maħsuba biex l-applikanti jtejbu l-ħiliet u l-karrieri tagħhom. Qal li kull sena jkun hemm parteċipazzjoni tajba f’dawn il-korsijiet.

Alexander Farrugia qal li “kull sena japplikaw qisu bejn wieħed u ieħor għaxart elef ruħ għal dawn il-korsijiet. Il-mira tagħna hija li aħna għandna ċ-ċentri tagħna imma wkoll li nagħtu iktar sevrizzi fil-komunità biex naqdu l-ħtiġijiet partikolari tal-komunità. L-idea hi li nagħtu edukazzjoni ta’ kwalità, li tkun aċċessibbli għal kulħadd u fl-istess ħin li nressqu iktar nies li jibqgħu attivi edukattivament tul il-ħajja kollha.”

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Dr Frank Fabri, qal li l-mira b’dawn il-korsijiet hi li t-tagħlim ikun applikat fost oħrajn mad-dinja tax-xogħol.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo, qal li qatt m’hu kmieni jew tard biex wieħed jitgħallem. Qal li t-tagħlim tul il-ħajja huwa importanti għall-indivdwi u għal pajjiż għaliex fost oħrajn itejjeb l-impjegabilità.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Mara sofriet minn ġrieħi gravi wara li llejla kienet involuta f’inċident tat-traffiku.  L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm fi Vjal Blue Grotto, fiż-Żurrieq. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett fejn minn stħarriġ preliminari li…

Kultura

Bit-tema ‘Jiddefendu l-Libertajiet Tagħna’, il-bini tal-Parlament qed jilqa’ wirja fotografika biex tfakkar it-30 anniversarju tal-Premju Sakharov. Wirja fotografika li qed issir fil-Parlament tixħet dawl fuq erba’ esponenti ewlenin favur id-drittijiet…

Kronaka

L-għada li dar f’Ħal Luqa inħakmet min-nar qawwi, il-komunità ta’ Ħal Luqa qamet titkellem dwar dak li għaddiet minnha l-familja Theuma, magħrufa għall-presepju li tesebixxi kull sena fi żmien il-Milied….

Knisja Maltija

Għeluq sena ta’ anniversarji fiż-Żurrieq  b’pellegrinaġġ bl-istatwa titulari ta’ Santa Katarina li għalqet mitejn sena. Arja ta’ festa fiż-Żurrieq il-Ħadd filgħodu, b’pellegrinaġġ bl-istatwa titulari ta’ Santa Katarina li għalqet mitejn…

Aktar