Edukazzjoni
Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-klabb 3-16

Is-sena li għaddiet 3,500 tifel u tifla ta’ bejn it-tlieta u s-sittax-il sena ġew reġistrati fil-Klabb 3-16.

Is-servizz mogħti minn madwar 600 persuna fi 28 skola joffri serħan il-moħħ u fejda lill-ġenituri li jaħdmu għaliex jafu li wliedhom jinsabu miġburin u kif jiġbruhom, ix-xogħol tal-iskola jkun lest.

Kif inhi t-tradizzjoni wara l-festa ta’ Santa Marija, is-sajf jibda jbatti u ħafna ġenituri jibdew jippreparaw lil uliedhom għas-sena skolastika li tibda fi ftit aktar minn xahar ieħor.

Tul il-ħames ġimgħat li ġejjin, il-ġenituri speċjalment dawk li jaħdmu jippjanaw u jorganizzaw kollox.

Għal sena oħra, il-Gvern se jerġa’ joffri s-servizz ta’ wara l-ħinijiet tal-iskola għal tfal ta’ bejn it-3 snin u s-16-il sena, magħruf bħala Klabb 3/16. Is-sena l-oħra nkitbu fih 3,500 tifel u tifla, żieda ta’ madwar 1,300 fuq is-sena ta’ qabel.

Dermot Galea, Direttur tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, qal li s-servizz qed jgħin biex aktar ġenituri jkunu jistgħu joħorġu jaħdmu.

”Bħala servizz hu offrut wara l-ħin tal-iskola, mas-2:30 kif tispiċċa l-iskola, jibdew il-HW mat-tutors u wara jkollhom attivitajiet diversi.”

Id-direttur qal li x’ħin jinġabru mill-ġenituri, il-familji jkollhom aktar ħin ta’ kwalità flimkien għaliex it-tfal ikunu lestew ix-xogħol tal-iskola. Żied li s-servizz hu offrut fi 28 ċentru, wieħed minnhom f’Għawdex. Spjega li t-tfal li ma jattendux l-iskejjel fejn hu offrut is-servizz jistgħu jattendu wkoll.”

”Is-sena l-oħra bdejna b’agreement mal-Minsiteru tal-Edukazzjoni fejn ma noffrux is-servizz, il-ġenituri javżawna u jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport mill-iskola fejn ma noffrux is-servizz għall-eqreb skola fejn joffru servizz.”

Mit-Tnejn, il-Fondazzjoni se tibda tilqa’ l-applikazzjonijiet għall-Klabb 3/16 ta’ din is-sena, anke jekk din is-sena s-sistema tal-applikazzjoni se tinbidel.

”Dis-sena se tkun l-ewwel darba li l-ġenitur se japplika online. Hi simili ħafna għal dawk li japplikaw għal Skola Sajf għall-istess tip ta’ applikazzjoni bid-differenza li dis-sena se nitolbu dokumentazzjoni bħal ċertifikat tat-twelid, ID cards tal-ġenituri jew min se jiġbor lit-tfal.

L-applikazzjonijiet jibqgħu miftuħin sal-15 ta’ Settembru.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Saħħa

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies…

Aktar