Lokali
Jiftħu l-applikazzjonijiet tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2019

Il-Public Broadcasting Services Ltd. tħabbar li ħarġu l-applikazzjonijiet tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2019.

L-applikazzjoni flimkien mar-regolamenti jistgħu jinkisbu mis-sit www.tvm.com.mt/eurovision. Kull applikazzjoni għandha tiġi ssottomessa online sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2019.

Matul il-proċess tal-għażla, ġurija professjonali se tkun qed tevalwa s-sottomissjonijiet kollha, fejn minnhom jintgħażlu tnax-il finalist/a, li ser jikkompetu bejniethom għall-aħħar fażi tas-selezzjoni.

Il-finalisti ser jkantaw LIVE quddiem ġurija, waqt sessjoni li ser tiġi rrekordjata u murija aktar tard fuq it-Television u anke fuq il-midja soċjali matul l-1 u it-13 ta’ Awwissu. F’dan il-perjodu, il-pubbliku jkun jista’ jivvota għall-kantant jew kantanta favorit/a tiegħu.

Il-vot tal-pubbliku (50%) flimkien mal-vot tal-ġurija (50%) ser jiddeterminaw ir-rebbieħ jew rebbieħa ta’ din is-sena li ser jitħabbar fl-20 t’Awwissu.

Il-Junior Eurovision Song Contest, din is-sena ser isir fil-Polonja fl-24 ta’ Novembru li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar