COVID-19
Jiftħu l-ħwienet b’uħud mill-impjegati bla rieda u ħeġġa li jmorru lejn ix-xogħol

Għalkemm bdew jiftħu wħud mill-ħwienet jidher li wħud mill-impjegati tagħhom m’għandhomx rieda u ħeġġa li jmorru lura għax-xogħol.
Id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment Diane Vella Muscat wissiet li dawn il-ħaddiema jkunu qed imorru kontra l-obbligazzjonijiet tagħhom jekk ma jipprovdux raġuni valida biex ma jmorrux għax-xogħol.

Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi qed iħabbat wiċċu ma’ realtà ġdida mindu t-Tnejn bdew jiftħu l-ħwienet li jbigħu prodotti mhux essenzjali għaliex xi ħaddiema f’dawn l-istabbilimenti qed jirrifjutaw li jidħlu għax-xogħol. Id-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali Diane Vella Muscat spjegat li jrid ikun hemm raġuni valida biex ħaddiem jirrifjuta li jmur għax-xogħol.

“Jekk ħaddiem just għaliex qed jibża’ milli hu jmur il-post tax-xogħol jew ma jħossux safe dik mhix raġuni valida għax il-premises kollha li ser jiftħu kollha ser jieħdu s-salvagwardji tagħhom skont il-liġi u kif jesiġi l-Ministeru tas-Saħħa”.

Jidher li lanqas l-introduzzjoni tal-maskri fil-ħwienet flimkien ma’ miżuri oħra ta’ protezzjoni ma kienu biżżejjed biex iserrħu moħħ il-ħaddiema li r-riskju qed jiġi mitigat. Is-sinjura Vella Muscat appellat lil ħaddiema u lis-sidien tan-negozji biex isibu soluzzjonijiet għad-diffikultajiet li jista’ jkun hemm.

“Inħeġġeġ kemm l-impjegati jifhmu l-employer u anke l-employer jifhem l-impjegat u jara hemmx xi flessibilità li sakemm nerġgħu lura għan-normal jistgħux jitħaddmu xi mekkaniżmi, pero’ mbagħad min-naħa tal-ħaddiem irid japprezza l-fatt li l-employer irid iħaddem in-negozju mill-ġdid”.

Id-Direttur Ġenerali qalet li fi kważi seba’ ġimgħat id-Dipartiment ħareġ seba’ mitt permess temporanju biex kumpaniji jnaqqsu s-sigħat tax-xogħol tal-ħaddiema, fosthom s-sistema li l-ħaddiema jingħataw leave bi hlas li jridu jpattu għalih ‘il quddiem.

Dwar l-employers li talbu li ma jħallsux is-sehem tagħhom ta’ 400 ewro lill-ħaddiema tagħhom b’żieda mat-tmien mitt ewro li qed iħallas il-gvern, hija qalet li dan kien parti mill-pakkett miftiehem bejn il-gvern u l-imsieħba soċjali iżda m’hemmx liġi dwar dan.

Il-Ministru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela qal li d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali għandu bżonn iktar riżorsi umani, l-aktar fil-qasam tal-ispettorat biex ilaħħaq mad-domanda tal-investigazzjonijiet u fl-ispezzjonijiet li qed isiru għall-għarrieda biex ikun evitat il-ksur tal-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar