Negozju
Jiftħu l-istabbilimenti tal-ikel: 250 ċċertifikati li huma konformi mal-miżuri

Hekk kif mil-lum Malta daħlet fit-tieni fażi tal-illaxkar tar-restrizzjonijiet, ħafna stabbilimenti tal-ikel u l-ħaddiema tagħhom irritornaw għax-xogħol f’xenarju differenti. L-istabbilimenti fetħu b’aktar restrizzjonijiet u miżuri ta’ prekawzjoni kontra l-COVID-19. Sal-lum wara nofsinhar, l-Awtorità tat-Turiżmu kienet iċċertifikat madwar 250 stabbilimenti għax instab li huma konformi mal-miżuri ġodda.

Fl-aħħar xahrejn ir-ristoranti kienu bħal rota, wieqfa u staġnata. Iżda mill-Ġimgħa filgħodu, is-sidien tal-istabbilimenti reġgħu fetħu l-bibien tagħhom f’kuntest differenti minn meta għalquhom f’nofs Marzu li għadda.

“It was a feeling li se nerġgħu niftħu l-ħwienet tagħna mill-bidu, kienet sfida għax kien hemm ħafna preparamenti warajha imma sodisfatti li wasalna għal dan il-proċess fejn il-ħwienet nistgħu nerġgħu niftħuhom kollha,” qalet Marylene Seychell, li tmexxi stabbilimenti tal-ikel.

“Immissjajti, ix-xogħol immisjajtu, ir-rutina dik li qomt dalgħodu ġejt għax-xogħol ftaħt is-section tiegħi,” qal il-kok Haydon Hatherly.

“Feeling sabiħ eċċitati li we are back in business u tara li għall-inqas ir-restaurants erġajna bdejna niċċaqilqu u tibda tara l-istaff jerġgħu lura għax-xogħol u issa nistennew l-ewwel nies,” qal Joe Vella li jmexxi stabbilimenti tal-ikel u l-ospitalità.

Fl-istabbilimenti li fetħu, l-parruċċani dehru fis-seba’ sema’ li qed jerġgħu jgawdu affarijiet li kienu mdorrijin bihom iżda li ma setgħux jagħmluhom l-aħħar għaxar ġimgħat.

“L-oġġett meta titilfu tkun taf xi tlift anke affarijiet fosthom li qegħdin hawn nieħdu kafe li ġejna hawn isma’ tlaqna nieħdu kafè iva mela, kafe sempliċiment kafe,” qal Joseph Fenech.

 

Minħabba li l-coronavirus għadu magħna, l-istabbilimenti fetħu b’ħafna aktar restrizzjonijiet minn qabel. L-Awtorità tat-Turiżmu sa issa ċċertfikat aktar minn 250 stabbiliment li nstab li huma konformi mal-protokolli u linji gwida ġodda fosthom iktar iġene u sinjali biex jiggwidaw lill-klijenti joqgħodu ‘l bogħod minn xulxin.

“Naqqasna seating capacity tagħna f’kull ħanut li għandna, menux u xi items kollox disposable,” qal Philip Galea li jmexxi stabbiliment tal-ikel.

“Inservu kollox bħal ħall, bżar, melħ, żejt, dawn l-affarijiet kollox in single use sachets, menus għandna single use imma għamilna wkoll QR code fejn klijent kif jidħol fir-ristorant jista’ jiscanja QR code u jiddownladja menu fuq il-mobile tiegħu biex dejjem innaqsu l-kuntatt,” qal Joe Vella.

Il-Ġimgħa waranofsinhar fl-ewwel opportunità li dawn ir-ristoranti u n-negozji kellhom biex jerġgħu jiftħu għan-negozju, osservajna li l-attività kienet pjuttost kwieta iżda kif qalulna huma stess, hija l-bidu ta’ rota u attività ekonomika ġdida, f’realta kompletament ġdida.

“Issa naraw minn hawnhekk ‘l quddiem u nippruvaw we make ends meet, it’s going to be hard but we’re determined to make it,” temm jgħid Joe Vella.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-gvern fi stqarrija qal li jieħu nota ta’ dak li qalet l-Oppożizzjoni dwar il-ħatra tal-President ta’ Malta u tal-Prim Imħallef. Għall-ewwel darba fl-istorja kostituzzjonali ta’ pajjiżna, il-Prim Ministru qed ineħħi…

Kurżitajiet

L-arti hija kullimkien anke fis-sengħa tal-barbiera. Mhux biss jaqtgħu x-xagħar, iżda jirnexxielhom bi preċiżjoni u paċenzja kbira jnaqqxu personaġġi famużi fuq il-qurriegħa tal-klijenti tagħhom. Niskopru l-ħila ta’ barbier Marokkin, li…

Festi

Dħalna Ħal Luqa fis-skiet li s-soltu ma jkunx qed jiddomina fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Lulju – il-festa tal-patrun Sant Andrija. Ittawwalna wkoll fil-parroċċa dedikata lil dan il-qaddis, li bħal- lum…

Mużika

Il-Valletta Waterfront qed tospita mumenti ċinematiċi u mużikali għall-festival tas-Sajf li qed issir b’kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta f’wieħed mill-ewwel festivals kulturali live wara l-waqfa tal-Covid-19. Fl-isfond tax-xenarju mill-isbaħ tal-fortifikazzjonijiet…

Aktar