Barranin
Jiftħu l-postijiet tal-votazzjoni fil-Polonja – il-PiS mistenni jikseb il-maġġoranza

Fil-Polonja fetħu l-postijiet tal-votazzjoni fejn il-Pollakki mistennija jagħtu mandat ieħor lill-partit tal-Ġustizzja u Liġi Nazzjonali, PiS, li potenzjalment se jkompli jkabbar l-iżolament tal-pajjiż għax tkompli tikber it-tensjoni mal-Unjoni Ewropea minħabba n-nuqqas ta’ impenn fuq livelli demokratiċi.

PiS mistenni jirbaħ aktar voti minn kemm rebaħ fl-2015 u jista’ jikseb biżżejjed siġġijiet parlamentari biex jigverna waħdu. Il-partit PiS iddeskriva l-elezzjoni ġenerali bħala għażla li l-poplu jrid jagħmel bejn soċjetà li għandha l-għeruq fil-valuri Kattoliċi u soċjetà fejn l-ordni liberali tippromwovi lill-ftit u timmina l-ħajja tal-familja.

Il-partiti fl-Oppożizzjoni u l-imsieħba tal-Polonja fl-Unjoni Ewropea qalu li l-Gvern immina dgħajjef l-indipendenza tal-ġudikatura u tal-media u l-Polonja sar pajjiż li jaċċetta inqas minoranzi etniċi u dawk ta’ orjentazzjoni sesswali differenti.

Stħarriġ tal-opinjoni pubblika juri li PiS mistenni jirbaħ bejn 40 u 46 fil-mija tal-voti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Amerikan, Donald Trump, waqt li jinsab f’Davos l-Iżvizzera għall-Forom Ekonomiku Dinji, qed jiffaċċja żewġ akkużi serji fis-Senat, fil-kapitali Amerikana Washington, li għandu jiddetermina jekk Trump jitneħħiex minn President. Hu…

Barranin

Minn żmien għal żmien nisimgħu ħafna li nstabet xi tip ta’ kura għall-kanċer. Tim fl-Università ta’ Cardiff skopra li parti mis-sistema imunitarja tista’ tittratta l-kanċer. Ir-riċerka, li ġiet ippubblikata f’Nature…

Barranin

Fl-Ingilterra, studju ġdid qed jipproponi li anke irġiel mejta jistgħu jkunu donaturi tal-isperma hekk kif naqsu b’ħafna d-donaturi. Il-Journal of Medical Ethics jgħid li din il-proposta hija etika biżżejjed jekk…

Aktar