Barranin
Jiftħu mill-ġdid il-pubs u ristoranti fl-Ingilterra

Fl-Ingilterra reġgħu fetħu l-pubs, ristoranti, hairdressers u s-swali taċ-ċinema filwaqt li persuni minn żewġ residenzi separati jistgħu jiltaqgħu għand xulxin hekk kif komplew jintreħew il-miżuri tal-Covid-19. Diversi kienu l-klijenti li wrew is-sodisfazzjon tagħhom għall-ftuħ mill-ġdid tal-pubs u r-ristoranti.

”I think it’s just where everyone gets to socialise and catch up with people that they haven’t seen for a few years, like here now. Yeah, it’s company. Obviously people live on their own and stuff, so yeah, it’s nice to just get together, have a few drinks, something to eat. Yeah.”

Anki l-postijiet ta’ devozzjoni se jitħallew jiftħu għat-talb u servizzi reliġjużi filwaqt li huma permessi wkoll tiġijiet b’massimu ta’ tletin mistiedna u bid-distanza soċjali. Fir-renju unit mietu iżjed minn 44,000 bil-virus, b’137 fatalità fl-aħħar 24 siegħa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Eluf ta’ Ingliżi li kienu Franza fuq btala qatgħu l-btala tagħhom ħesrem u reġgħu lura l-Ingilterra fi sforz biex jevitaw il-miżuri ta’ kwarantina li l-Gvern Ingliż impona fuq kull min…

Barranin

L-awtoritajiet Spanjoli ordnaw lir-reġjuni kollha biex jagħalqu l-istabbilimenti tad-divertiment u jipprojbixxu it-tipjip anki barra, f’żoni fejn huwa impossibbli li tkun osservata ż-żamma tad-distanza soċjali. Il-Ministru tas-saħħa Spanjol qal li l-miżuri…

Safar

Malta, Franza u l-Olanda huma fost il-pajjiżi li żdiedu fil-lista ta’ kwarantina tar-Renju Unit. Dan ifisser li persuni li jivvjaġġaw minn dawn il-pajjiżi għar-Renju Unit iridu jagħmlu 14-il ġurnata kwarantina….

Aktar