Politika
Jiftħu n-nomini għal mexxej tal-Partit Laburista

It-Tnejn fetħu n-nomini tal-kandidati li se jkunu qed jikkontestaw għall-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista. Dan hekk kif ftit iktar minn ġimgħa ilu, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li se jkun qed jikteb lill-President tal-Partit Laburista, biex jibda proċeduri għall-ħatra ta’ mexxej ġdid, minħabba li hu se jkun qed jirriżenja.

In-nomini se jagħlqu nhar l-Erbgħa li ġej.

Diġà ħabbru pubblikament l-interess tagħhom għal din il-kariga id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, u d-Deputat Robert Abela.

L-Ewroparlamentari Miriam Dalli ħabbret li mhux se tkun qed tikkontesta, waqt li l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg, qal li se jkun qed jappoġġja lil Chris Fearne għal din il-kariga.

Jekk ikun hemm iktar minn nomina waħda, l-elezzjoni għall-mexxej ġdid issir fil-11 ta’ Jannar li ġej tas-sena l-ġdida.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Mark Anthony Sammut, li kien qed jissemma bħala kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, ħabbar li mhuwiex se jikkontesta għal din il-kariga. Fuq Facebook, Mark Anthony Sammut kiteb illi huwa…

Politika

Il-Membru Parlamentari Therese Comodini Cachia ħabbret li mhux se tikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. F’kitba fuq il-mezzi soċjali, Dr Comodini Cachia qalet li filwaqt li tinsab konvinta li l-PN għandu bżonn…

COVID-19

Is-Supretendent għas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tindirizza konferenza stampa dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta fis-13:00. Mil-lum, il-Professur Gauci se tibda mill-ġdid tagħti lill-pubbliku rendikont tal-imxija f’pajjiżna kull nhar ta’ Ġimgħa.

Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne mistennija jindirizzaw aġġornament tal-aħbarijiet dwar il-laqgħa u r-riżultati miksuba mal-MCESD. L-aġġornament se jixxandar fuq tvm, tvm.com.mt u l-paġna facebook ta’…

Aktar