Jiġbdu ajruplan ta’ aktar minn 200 tunellata

Għall-ewwel darba fil-gżejjer Maltin sar eżercizzju li qatt qabel ma sar bħalu.

Ajruplan Boeing 757-200 li jiżen iktar minn 200 tunnellata, inġibed fuq distanza ta’ 20 metru fil-park tal-avjazzjoni f’Ħal Safi minn gruppi ta’ nies li daħlu għal din l-isfida.

Il-parteċipanti fl-eżerċizzju mhux biss kienu kurraġġużi. Huma ħallsu €10 kull wieħed bit-tir li l-flus kollha jmorru għall-Istrina.