Bil-filmat: jiġġarraf ajruplan militari f’Sevilja fi Spanja

Mill-anqas tliet persuni mietu wara li ajruplan militari ġġarraf qrib l-ajruport ta’ Sevilja fi Spanja.

Qed ikun rappurtat li ajruplan kbir tal-għamla Airbus A400M, żviluppawlu xi ħsarat wara t-tluq ta’ titjira ta’ prova.

Il-Gvern Spanjol kien ordna 27 ajruplan ta’ dan it-tip, bl-ewwel wieħed kellu jibda jintuża mill-militar Spanjol s-sena d-dieħla biex jieħdu post ajruplani Hercules.

Dawk abbord kienu impjegati Spanjoli tal-kumpanija Airbus.

Apparti l-mejta, ndarbu żewġ persuni.

Il-Prim Ministru Spanjol, Mariano Rajoy, wera niket għall-inċident u qal li l-Gvern se jagħti appoġġ lill-familji tal-vittmi.